Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-futur ta’ pajjiżna mibni minnha kollha, għalina lkoll

pr250151
Date Icon 29/01/2025

Il-Malta Vision 2050, mhux sempliċiment dokument, iżda huwa x-xogħol tagħna f’daqqa biex niffurmaw il-futur ta’ pajjiżna. Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri waqt il-konferenza Envision 2050, li qed tittella’ mil-lum sa nhar il-Ġimgħa f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. 

Il-Ministru spjega kif wara xhur ta’ laqgħat ma’ diversi stakeholders, il-Malta Vision 2050 qed tinbena u hija msejsa fuq erba’ pilastri prinċipali: 

1. Tkabbir ekonomiku sostenibbli

2. Il-kwalità tal-ħajja

3. It-titjib tar-reżiljenza ta’ pajjiżna

4. L-użu intelliġenti tal-art

Il-Ministru Schembri spjega kif il-bini tal-Malta Vision 2050 qiegħed isir b’mod strutturat u trasparenti. Saret riċerka estensiva u analiżi biex jiġu identifikati s-suċċessi, l-opportunitajiet u l-isfidi li għandu pajjiżna, biex ikollna stampa ċara tal-aktar setturi li għandhom bżonn attenzjoni. Kompla jispjega kif pajjiżna tqabbel ma’ pajjiżi oħra u raw prattiċi li qed isiru minn pajjiżi oħra u kif dawn jistgħu jaddottawhom għar-realtajiet ta’ Malta. Inħoloq qafas li fih ġew integrati l-istrateġiji settorjali li għandna biex b’hekk il-Malta Vision 2050 tkun l-umbrella li tiġbor taħtha l-istrateġiji kollha. 

“Matul l-aħħar xhur, tkellimna mal-istakeholders f’kull qasam tas-soċjetà tagħna; unions, l-MCESD, NGO’s, akkademiċi, żgħażagħ, ċittadini u intom il-komunità tan-negozji tagħna. L-esperjenza tagħkom hija essenzjali għal Malta Vision 2050. Intom għandkom rwol kruċjali biex tiffurmaw il-kompetittività, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza ta’ pajjiżna. L-isfidi li qed tiffaċċjaw intom irridu nindirizzawhom flimkien u l-istess is-suċċessi tagħkom f’oqsma differenti juri l-potenzjal li għandu pajjiżna biex jikkompeti internazzjonalment. Illum m’aħniex qegħdin hawn biex nippreżentaw l-ideat tagħna, iżda huwa eżerċizzju ta’ djalogu biex flimkien nibnu l-futur ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru Silvio Schembri.  

Il-Ministru rringrazzja lil kull stakeholder għas-sehem tagħhom matul dan il-proċess ta’ konsultazzjoni. “Il-kontribuzzjoni tagħkom huma fundamentali biex jiġi mfassal id-dokument Malta Vision 2050 u jiżguraw is-suċċess tiegħu fil-gwida għall-iżvilupp futuri tal-pajjiż tagħna,” temm jgħid il-Ministru Silvio Schembri.

Bejn illum u għada se jsiru diversi workshops fuq temi differenti minn din il-viżjoni. Il-konferenza se tiġi fi tmiemha nhar il-Ġimgħa 31 ta’ Jannar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-futur ta’ pajjiżna mibni minnha kollha, għalina lkoll
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-futur ta’ pajjiżna mibni minnha kollha, għalina lkoll
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Il-futur ta’ pajjiżna mibni minnha kollha, għalina lkoll
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow