Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta impenjata biex tiżgura qligħ ekonomiku ġust għall-bdiewa

pr250146
Date Icon 29/01/2025

Fi Brussell, waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea responsabbli mill-qasam tal-ikel, l-agrikoltura u s-sajd, il-Ministru Anton Refalo tenna l-impenn tal-Gvern Malti sabiex il-bdiewa Maltin u Għawdxin ikollhom qligħ ekonomiku ġust, filwaqt li saħaq kif pajjiżna jgħożż ix-xogħol iebes tagħhom u semma l-ħidma li qed issir biex tiġi assigurata s-sostenibbiltà tas-settur fit-tul.

Waqt il-laqgħa ġie diskuss ukoll l-isfidi li jiffaċċjaw il-bdiewa Ewropej fejn f'ċertu istanzi dawn ikollhom ibigħu l-prodotti tagħhom bi prezzijiet inqas mill-ispejjeż tal-produzzjoni. Dwar dan, il-Ministru Refalo tenna li din il-prattika mhijiex sostenibbli u qed tkompli ddgħajjef l-għajxien tal-bdiewa u tfixkel it-tkabbir tas-settur agrikolu. Id-diskussjoni saret fl-isfond ta' żewġ proposti dwar it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-provvista tal-ikel u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar fi Stati Membri differenti kontra prattiċi kummerċjali inġusti. Il-Ministru saħaq dwar l-importanza tal-modalità ta' kif isiru l-kuntratti bejn il-bidwi li huwa l-produttur primarju fil-katina tal-ikel u x-xerrej, li jevita l-abbuż li ħafna drabi jaffettwa lill-bidwi ż-żgħir.

Suġġetti oħrajn li ġew diskussi kienu r-riskji li qed iġġib it-tibdil fil-klima u li qed jheddu l-agrikoltura, is-sigurtà tal-ikel u l-għajxien rurali. Il-Ministru Anton Refalo fakkar kif il-pajjiżi tal-MED9 appellaw għal approċċ biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u b'hekk jiġu salvagwardjati l-ekosistemi, il-kultura u s-sistemi tal-ikel.

Dwar is-settur organiku, il-Ministru Anton Refalo saħaq ukoll dwar l-importanza biex dan is-settur jattira aktar bdiewa u raħħala fi skemi relatati.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta impenjata biex tiżgura qligħ ekonomiku ġust għall-bdiewa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Malta impenjata biex tiżgura qligħ ekonomiku ġust għall-bdiewa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow