STQARRIJA MILL-KAMRA TAD-DEPUTATI Dr Edward Zammit Lewis attenda għal-Laqgħa taċ-Chairpersons (COSAC) organizzata mill-Presidenza Pollakka tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE) fis-Senat fir-Repubblika tal-Polonja
Fl-intervent tiegħu dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Pollakka, Zammit Lewis semma li l-UE qed tiffaċċja sfidi serji ta' sigurtà u għalhekk is-Sigurtà hija prijorità ewlenija. Saħaq li l-Unjoni Ewropea għandha titkellem b'vuċi waħda u turi rispons rapidu. Madankollu, dan irid jiġi flimkien maż-żieda fil-kompetittività tal-UE peress li din hija l-unika garanzija ta' baġits akbar għas-sigurtà.
Zammit Lewis semma s-sigurtà fil-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri u insista fuq il-komponent tan-Nofsinhar tal-Ewropa f'din il-problema tal-Unjoni.
Ġie diskuss ukoll il-baġit tal-UE bbażat fuq il-politika biex jikkontrobattu l-konsegwenzi tat-Tibdil fil-Klima. Zammit Lewis semma l-isfida tal-għargħar li dan l-aħħar affettwa bħala minimu ħdax-il Stat Membru bi tbatija kbira għaċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Pakkett ta' leġiżlazzjoni 'Restore' se jipprovdi għajnuna addizzjonali iżda fil-futur qarib l-Unjoni teħtieġ aktar flessibbiltà biex tikkumbatti l-imprevedibbiltà tal-klima. Zammit Lewis temm jgħid li fl-MFF li jmiss, l-Unjoni se tiddedika parti mill-baġit tagħha għall-emerġenzi u d-diżastri nazzjonali. Dan se jiggarantixxi rispons spedjenti favur ir-reġjuni milquta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN