Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tattendi għall-kommemorazzjoni tat-80 anniversarju mil-liberazzjoni ta' Auschwitz-Birkenau

PR250140
Date Icon 28/01/2025

Il-President ta' Malta, Myriam Spiteri Debono, attendiet għall-kommemorazzjoni tat-80 sena mil-liberazzjoni tal-kamp ta' konċentrament ta' Auschwitz-Birkenau, fil-Polonja, fejn inqatlu madwar 1.1 miljun persuna.

Il-President ingħaqdet ma' għadd ta' persuni li ġew liberati minn dan il-kamp ta' konċentrament fis-27 ta' Jannar tal-1945. Flimkien ma' mexxejja minn madwar id-dinja, il-President ta' Malta poġġiet xemgħa b'ġest ta' rispett lejn dawk li nqatlu f'dan il-kamp ta' konċentrament.

Fid-diskorsi ta' wħud minn dawk li salvaw minn Auschwitz-Birkenau kien hemm messaġġ komuni li l-Olokawst beda b'ġesti żgħar ta' esklużjoni u diskriminazzjoni fil-ħajja ta' kuljum, u wissew biex illum ukoll ma tkunx injorata l-mibegħda li tista' twassal biex l-istorja tirrepeti ruħha.

Din il-kommemorazzjoni ġabet fi tmiemha ż-żjara uffiċjali barra minn Malta għall-President Spiteri Debono, li tirritorna Malta tard it-Tlieta filgħaxija.

Ritratti: OPR

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tattendi għall-kommemorazzjoni tat-80 anniversarju mil-liberazzjoni ta' Auschwitz-Birkenau
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tattendi għall-kommemorazzjoni tat-80 anniversarju mil-liberazzjoni ta' Auschwitz-Birkenau
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Il-President Myriam Spiteri Debono tattendi għall-kommemorazzjoni tat-80 anniversarju mil-liberazzjoni ta' Auschwitz-Birkenau
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow