Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr250133
Date Icon 27/01/2025

Skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sorveljanza tas-Suq u l-Konformita` tal-Prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-prodott imsemmim'għandux jiġi  kkunsmat minħabba li fih volum eċċessiv ta' likwidu li fih nikotina b'konċentrazzjoni għolja. Dan jista' jwassal għall-konsum aċċidentali ta' doża għolja ta' nikotina.

In-nikotina hija tossika b'mod akut u tista' tipperikola s-sigurtà tal-utent notevolment, jekk il-prodott jiġi f'kuntatt mal-ġilda jew jiġi inġerit.

Deskrizzjoni tal-prodott:Sigarett Elettroniku
Ditta:Vape Roc Star 32K Puffs Dual Tank
Volum:32 ml
Konċentrazzjoni:50mg/ml

pr250133a.jpgpr250133b.jpg

Il-konsumaturi huma mħeġġa jiċċekkjaw ir-regolarment fuq il-pjattaforma online 'Safety Gate' fil-link: (https://ec.europa.eu/safety-gate/), biex jiżguraw li prodott ma jkunx elenkat bħala prodott perikoluż.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis- Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il- pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

It-tipjip jagħmel ħsara lilek u lil ta' madwarek. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (HPDP) Malta joffri sapport b'mod individwali b'xejn sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Ċempel Qiutline fuq 80073333.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow