Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara ta’ delegazzjoni mill-Corte dei Conti fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika

PR250095
Date Icon 22/01/2025

B'rabta mal‑audit konġunt li qiegħed isir bejn l‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika ta' Malta u l‑Corte dei Conti, dwar aspetti ta' interess komuni tal‑Programm Interreg bejn Malta u l‑Italja, delegazzjoni minn din l‑istituzzjoni ta' verifika Taljana, immexxija mill‑President Guido Carlino, għamlet żjara f'pajjiżna.

It‑Tlieta, il‑President Carlino u l‑Awditur Ġenerali Charles Deguara taw preżentazzjoni dettaljata lill‑Kumitat Permanenti dwar il‑Kontijiet Pubbliċi fuq il‑progress u t‑tagħlimiet miksuba minn dan l‑audit konġunt. Dan skont l‑ispirtu ta' kontabilità u trasparenza li l‑Uffiċċju Nazzjonali tal‑Verifika kontinwament jisħaq fuqhom.

L‑Erbgħa, il‑President Carlino u d‑delegazzjoni tiegħu kellhom laqgħa konstruttiva ħafna mal‑Awditur Ġenerali Deguara u t‑tim tiegħu mill‑NAO li essenzjalment iffukat dwar kif tista' tissaħħaħ dejjem aktar il‑koperazzjoni bilaterali bejn iż‑żewġ Uffiċċji nazzjonali tal‑verifika. Dan it‑tip ta' koperazzjoni internazzjonali huwa utli ħafna għaż‑żewġ naħat, peress li jipprovdi esperjenza prattika fuq il‑post tal‑metodoloġiji u l‑prattiki tax‑xogħol tal‑awditjar li jsiru fiż‑żewġ istituzzjonijiet.

Iż‑żewġ naħat esprimew l‑apprezzament tagħhom għax‑xogħol eċċellenti li twettaq s'issa mit‑timijiet rispettivi tagħhom; is‑Sinjuri William Peplow, Maria Azzopardi u Esmeralda Galea mill‑NAO, u s‑Sinjuri Giancarlo Antonio di Lecce u Laura Zannarini mill‑Corte dei Conti.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara ta’ delegazzjoni mill-Corte dei Conti fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara ta’ delegazzjoni mill-Corte dei Conti fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA Żjara ta’ delegazzjoni mill-Corte dei Conti fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow