Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija ta’ inizjattiva ġdida fil-Quantum Computing

PR250051
Date Icon 15/01/2025

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti flimkien mal-Università ta’ Malta ħabbru proġett innovattiv fil-qasam tal-Quantum Computing, inizjattiva li se tpoġġi lil Malta fuq quddiem nett fl-iżvilupp tat-teknoloġiji futuri. 

Dan il-proġett, immexxi minn Prof. Andre Xuereb u Prof. John Apollaro mill-Università ta’ Malta, jiffoka fuq it-trasformazzjoni tal-quantum computation minn teorija għal applikazzjoni prattika, bil-għan li jiżdied l-impatt fuq diversi oqsma bħall-kura tas-saħħa, ix-xjenza tal-klima u l-intelliġenza artifiċjali.

Dan il-proġett huwa xhieda ta’ kif Malta qed tħares ’il quddiem lejn teknoloġiji futuristiċi li mhux biss ibiddlu l-ħajja iżda joħolqu wkoll opportunitajiet ġodda għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti enfasizza l-importanza ta’ dan l-investiment fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. “Din l-inizjattiva hija xhieda tal-fiduċja tagħna fil-ħiliet tar-riċerkaturi tagħna u tal-viżjoni tagħna għal Malta bħala ċentru ta’ innovazzjoni. Il-Quantum Computing mhix biss dwar il-progress teknoloġiku; hija wkoll dwar il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda u l-iżvilupp tas-soċjetà kollha kemm hi,” qal is-Segretarju Parlamentari.

Il-proġett se jipprovdi opportunitajiet għal kollaborazzjonijiet ma’ innovaturi globali ewlenin bħal IBM, Amazon, u Airbus, kif ukoll għar-riċerkaturi u l-istudenti biex jaċċessaw hardware avvanzat fil-qasam tal-quantum computing. L-inizjattiva tinkludi wkoll finanzjament għal postdottorati, parteċipazzjoni f’konferenzi internazzjonali, u żjarat ta’ esperti globali lejn Malta.

“Dan il-proġett mhux biss jirrappreżenta investiment fin-nies tagħna imma anke fl-għarfien u fil-futur tagħna. Permezz tiegħu, Malta qed tieħu pożizzjoni strateġika bħala mexxejja fid-dinja tax-xjenza u t-teknoloġija,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti.

Min-naħa tiegħu, Prof. Andre Xuereb mill-Fakultà tax-Xjenza fl-Università ta’ Malta stqarr, “Dan huwa pass kruċjali fil-vjaġġ tagħna lejn tagħrif aktar profond dwar il-potenzjal tal-komputazzjoni kwantistika. Għall-ewwel darba, qed naraw sforz ikkordinat li jintegra l-ħiliet lokali ma’ dawk globali biex joħloq soluzzjonijiet għal sfidi reali. Din hija opportunità għal Malta biex tagħmel differenza reali fil-livell internazzjonali.”

F’kollaborazzjoni ma’ Esplora, iċ-Ċentru Nazzjonali tax-Xjenza, ser jitnieda l-proċess biex tiġi esplorata l-possibbiltà li tinħoloq wirja permanenti dwar il-Quantum Computing, maħsuba biex tqajjem il-kurżità u l-aspirazzjonijiet fost iż-żgħażagħ. Barra minn hekk, Malta se tospita skola tas-sajf internazzjonali fl-2026, li se tiġbed riċerkaturi u studenti minn madwar id-dinja.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija ta’ inizjattiva ġdida fil-Quantum Computing
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija ta’ inizjattiva ġdida fil-Quantum Computing
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Tnedija ta’ inizjattiva ġdida fil-Quantum Computing
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow