STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
pr250035
13/01/2025
l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kien ippreżentat bir-rapport tal-Inkjesta Indipendenti li tmexxiet mill-Imħallef Emeritu Lawrence Quintano taħt l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273), li kienet tikkonċerna s-servizzi ta' natura soċjali li ngħatat is-Sa Nicolette Ghirxi.
Fl-aħħar ġranet il-Ministeru ppreżenta dan l-istess rapport fl-intier tiegħu lill-familjari tas-Sa Ghirxi u bi qbil mal-istess familja qed jippubblika r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mir-rapport.
Il-Ministeru jinnota l-konklużjonijiet tar-rapport, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Imħallef Emeritus.
Il-Ministeru jibqa' dejjem kommess li s-servizzi soċjali kollha offruti f'pajjiżna jiġu dejjem imtejba.
pr250035a.pdf
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN