Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-inizjattiva bejn il-Gvern u l-privat għal kura ta’ pazjenti b’emerġenzi mhux kumplikati

pr250022
Date Icon 09/01/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħabbar li ngħata bidu għall-kollaborazzjoni bejn il-Gvern u tlett sptarijiet privati għall-outsourcing ta' servizzi ta' emerġenza.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif permezz ta' din il-kollaborazzjoni bejn il-Gvern u s-settur privat, pazjenti b'dijanjożi mediċi u kirurġiċi ser ikunu qed jinqdew minn sptarijiet privati filwaqt li jħallas il-Gvern. Saħaq kif din l-inizjattiva ser tikkumplimenta s-servizzi li jingħataw mill-Isptar Mater Dei u spjega kif pazjenti b'kundizzjonijiet mhux kumplikati ser jiġu mgħotija s-servizzi meħtieġa, inkluż operazzjonijiet, fis-settur privat. Dan sabiex fix-xhur tax-xitwa, l-Isptar Mater Dei jkun jista' jiffoka fuq każijiet serji anke dawk assoċjati ma' mard staġjonali.

Il-Ministru Abela spjega kif din hija l-ewwel fażi ta' dan il-ftehim, bid-direzzjoni tat-trasferimenti tkun immexxija mid-Dipartiment tal-Emergenza, fl-Isptar Mater Dei. Qal kif aktar tard tidħol fis-seħħ it-tieni fażi li ħa tvara sistema ġdida ta' riferti għal servizzi varji ta' emerġenza f'pajjiżna.

Il-Ministru Abela qal kif fl-ewwel jum ta' din il-kollaborazzjoni diġà saru żewġ interventi kirurġiċi b'suċċess f'wieħed minn dawn l-isptarijiet.

“Din is-sistema ġdida ta' kollaborazzjoni bejn il-Gvern u privat għandha żżid l-effiċjenza tas-servizzi ta' emerġenza filwaqt li toffri kura ta' eċċellenza," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-inizjattiva bejn il-Gvern u l-privat għal kura ta’ pazjenti b’emerġenzi mhux kumplikati
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imnedija l-inizjattiva bejn il-Gvern u l-privat għal kura ta’ pazjenti b’emerġenzi mhux kumplikati
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow