STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
PR250007
05/01/2025
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, f’ismu u f’isem il-Membri kollha tal-Kamra jesprimi sentimenti ta’ sogħba għall-aħbar tal-mewt tal-Eks Deputat Parlamentari u Eks Ministru l-Perit Michael Falzon.
Huwa jsellem il-memorja tiegħu, b’mod speċjali l-ħidma li wettaq fil-Kamra bejn ir-raba’ u s-seba’ Leġiżlatura bejn l-1976 u l-1996.
L-Ispeaker jagħti l-kondoljanzi lill-familja kollha tal-Eks Membru tal-Kamra Michael Falzon.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN