STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Jiġi ppreżentat ir-Rapport Annwali tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija lill-Ispeaker
pr242083
23/12/2024
Illum ġie ppreżentat ir-Rapport Annwali tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia.
Ir-rapport ġie ppreżentat miċ-Chairman tal-Bord, l-Imħallef Emeritu Franco Depasquale, flimkien mas-Segretarju tal-Bord, l-Ambaxxatur John Spiteri.
L-Ispeaker qal li din il-preżentazzjoni tirrifletti l-importanza li l-Bord jassigura li l-ilmenti mressqa jiġu indirizzati b'mod imparzjali u professjonali. Huwa informa wkoll li dan ir-rapport importanti ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-ewwel seduta tas-sena 2025.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN