Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Wied Inċita miftuħ għall-pubbliku: restawrat spazju aħdar ta’ 20,000 metru kwadru

PR242071
Date Icon 18/12/2024

Wied Inċita, spazju aħdar ta' 20,000 metru kwadru fiċ-ċentru ta' pajjiżna, issa huwa miftuħ għat-tgawdija tal-pubbliku wara xhur ta' ħidma minn Ambjent Malta biex il-post jiġi restawrat biex jitgawda mill-familji. Din hija l-ewwel fażi minn spazju akbar li se jkun qed jinfetaħ għall-pubbliku.

Il-proġett, inawgurat mill-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, kien post li ma kienx aċċessibbli għall-pubbliku. Permezz tax-xogħol li sar minn Ambjent Malta, parti minn Wied Inċita nbidlet f'park naturali għan-nies.

Din l-art ingħaddiet lill-konsorzju fl-2002 sabiex, fost oħrajn, ikunu jistgħu jkabbru turf u arbuxelli biex jintużaw f'xogħlijiet ta' landscaping. Wara diskussjonijiet mal-konsorzju l-ġdid, il-GEB, intlaħaq ftehim sabiex din l-art, li kienet tifforma parti minn public-private partnership tkun tista' tiġi riġenerata u tingħata lura lin-nies.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat kif il-ftuħ ta' Wied Inċita huwa wegħda oħra mwettqa.

“F'Ottubru tajna kelma li se nagħtu lin-nies 40,000 metru kwadru ta' spazji ġodda sal-aħħar ta' din is-sena u dik il-kelma żammejnieha. Wied Inċita, Ġnien Spencer, Ġnien Hospice, Ġnien l-Indipendenza u l-ġonna f'Villa Portelli huma kollha spazji ħodor għat-tgawdija tan-nies. Is-sena d-dieħla mistennija naraw aktar proġetti ta' spazji ġodda, biex tassew aktar familji u żgħażagħ ikollhom ġnien jew park viċin tagħhom," qalet il-Ministru Dalli. “Is-sena d-dieħla niftħu 19-il proġett ieħor u ntellqu ħafna oħrajn. Diġà tellaqna x-xogħol f'Pembroke, fejn beda x-xogħol biex medda ta' art tal-konkos ukoll nibdluha fi ġnien. Bħalma f'Santa Luċija, qed inbiddlu art mitluqa fi spazju ieħor miftuħ."

Hija tenniet l-importanza taż-żamma ta' dawn l-ispazji. “Qed noħolqu spazji ġodda u nirriġeneraw oħrajn eżistenti, filwaqt li nħarsu lejn iż-żamma tagħhom fit-tul. B'sistemi moderni t'irrigazzjoni, materjali sostenibbli u l-investiment fil-manutenzjoni, dawn huma proġetti li qed inwettqu biex jitgawdew mill-familji u ż-żgħażagħ," saħqet il-Ministru Dalli.

Il-park f'Wied Inċita joffri veduti mill-isbaħ u sar post aktar sigur u aċċessibbli għall-komunità. Tħawlu 750 siġra u mijiet t'arbuxelli ġodda li ġew mgħammra b'sistema t'irrigazzjoni moderna biex tiżgura t-tisqija adegwata tagħhom, anke matul is-sħana tas-sajf.

Ix-xogħlijiet inkludew ukoll tneħħija ta' 370 tunnellata ta' skart u materjal ieħor, u r-restawr ta' ħitan tas-sejjieħ. Twaħħlu diversi bankijiet għall-pikniks u żewġ gazebos filwaqt li l-passaġġi prinċipali nbnew mill-ġdid sabiex ikunu aktar siguri għan-nies. Il-passaġġi jippermettu l-ilma tax-xita jiskula u l-ħaxix jitla' minnu.

Bħala parti mill-inawgurazzjoni, tfal mill-iskola ta' Ħ'Attard ħawlu bosta siġar f'Wied Inċita.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Wied Inċita miftuħ għall-pubbliku: restawrat spazju aħdar ta’ 20,000 metru kwadru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Wied Inċita miftuħ għall-pubbliku: restawrat spazju aħdar ta’ 20,000 metru kwadru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Wied Inċita miftuħ għall-pubbliku: restawrat spazju aħdar ta’ 20,000 metru kwadru
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Wied Inċita miftuħ għall-pubbliku: restawrat spazju aħdar ta’ 20,000 metru kwadru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow