Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tiftaħ il-15-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem

PR242061
Date Icon 16/12/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri inawgura uffiċjalment il-15-il edizzjoni ta' Betlehem f'Għajnsielem, wieħed mill-aktar avvenimenti mfittxija fil-kalendarju kulturali Għawdxi tal-Milied. Dan il-presepju ħaj ireġġa' lura lil dawk li jżuruh lejn iż-żminijiet tan-Natività, filwaqt li joffri esperjenza awtentika u ta' ispirazzjoni fil-perjodu tal-Milied.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Clint Camilleri esprima s-sodisfazzjon tiegħu li din l-attività minn sena għal oħra baqgħet tkun suċċess u żiedet fil-popolarità tagħha. Huwa qal, “Betlehem f'Għajnsielem hu mudell ta' kif l-identità kulturali u reliġjuża tagħna tista' tinbidel f'opportunità biex Għawdex ikompli jissemma' b'mod pożittiv fuq livell nazzjonali u internazzjonali u jattira lejh bosta nies. Dan l-avveniment mhux biss itenni l-importanza tal-Milied bħala żmien ta' għaqda u tama, imma wkoll juri l-ispirtu tal-komunità Għawdxija. Nirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem u lil mijiet ta' voluntiera involuti fl-organizzazzjoni biex din ir-rikostruzzjoni ħajja ssir realtà."

Il-presepju animat mifrux fuq medda ta' 20,000 metru kwadru u b'aktar minn 100 attur se joffri mhux biss esperjenza unika tal-istorja tan-Natività iżda wkoll taħlita ta' tradizzjonijiet u snajja' lokali flimkien ma' dak kollu li ġeneralment huwa assoċjat mal-presepju tradizzjonali Malti.

Dan il-presepju ħaj fetaħ il-Ħadd 15 ta' Diċembru. Għal aktar informazzjoni dwar il-ġranet u l-ħinijiet meta Betlehem f'Għajnsielem se jkun animat, wieħed jista' jżur is-sit https://eventsingozo.com/event/betlehem-fghajnsielem-2024/2024-12-15/

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li Betlehem f'Għajnsielem hija attrazzjoni magħrufa, mhux biss għal Għawdex imma wkoll għall-eluf ta' viżitaturi Maltin u barranin li jiġu jgawdu din l-esperjenza filwaqt li ħeġġeġ lil kulħadd biex għal sena oħra jerġa' jesperjenza dan il-presepju ħaj uniku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tiftaħ il-15-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tiftaħ il-15-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tiftaħ il-15-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Tiftaħ il-15-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow