Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI L-ARUC u s-Sedqa jintensifikaw il-kampaniji edukattivi kontra l-abbuż tad-droga

PR242024
Date Icon 10/12/2024

L-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, l-ARUC, fit-tliet snin li ġejjin ser tkun qiegħda tipprovdi finanzjament ta'  madwar nofs miljun ewro fis-sena għal kampanji edukattivi tal-aġenzija Sedqa kontra l-użu tal-kannabis u drogi oħra.

L-iffirmar tal-ftehim kien ippresedut mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u mis-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg.

Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li b'dan il-ftehim, l-ARUC ser tkun qiegħda żżid b'59% l-investiment tagħha f'dawn il-kampanji  b'dan ikun it-tieni ftehim mal-aġenzija Sedqa.

Is-Segretarju Parlamentari qalet li parti mill-missjoni tal-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis hija li teduka dwar il-konsegwenzi tal-kannabis biex titnaqqas il-ħsara tagħha fl-aħjar interess tas-saħħa pubblika.

Hija nnotat b'sodisfazzjon kif stħarriġ tal-Ewrobarometru wera li l-liġi dwar id-dikriminalizzazzjoni tal-kannabis li tista' tiġi akkwistata legalment biss mill-assoċjazzjonijiet liċenzjati mill-ARUC, ma waslitx għal żieda fil-konsum tal-kannabis.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Michael Falzon qal li b'dan il-ftehim ta' koperazzjoni mal-ARUC, l-Aġenzija Sedqa ser tintensifika d-diversi programmi edukattivi kontra kull tip ta' abbuż ta' sustanzi fost l-istudenti u l-adulti. Huwa qal li l-prijorità għandha tkun il-prevenzjoni u mhux il-kriminalizzazzjoni  tal-persuni li jintrikbu mill-abbuż tad-droga.

Il-Ministru Falzon qal li l-aġenzija Sedqa ser tkompli taħdem fuq il-prevenzjoni u ser tipprovdi appoġġ professjonali lill-Awtorità għall-Użu  Responsabbli tal-Kannabis biex tagħmel il-kampanji tagħha biex jintlaħqu l-għanijiet tal-liġi għall-użu responsabbli tal-kannabis.

Il-ftehim li jkopri sal-2027 ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv tal-ARUC, Dr Joey Reno Vella u mill-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow