Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jiffinanzja proġett ta’ wall cladding għall-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem

PR242021
Date Icon 10/12/2024

Il-faċċata tal-Iskola Primarja Għajnsielem fi Triq J. F. De Chambray se tingħata dehra moderna u estetika grazzi għall-proġett ta' wall cladding li qed isir bil-finanzjament tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Dan il-proġett huwa parti minn inizjattiva usa' ta' urban greening li kienet tħabbret sabiex il-bitħa ta' quddiem tal-Iskola Primarja ta' Għajnsielem tinbidel fi ġnien miftuħ li jista' jitgawda mhux biss mill-ġenituri u t-tfal tal-iskola, iżda wkoll mir-residenti ta' Għajnsielem. Il-proġett qed jitwettaq b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem, li qed imexxi dan ix-xogħol, u b'appoġġ minn Ambjent Malta. Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jieħu ħsieb il-materjal u x-xogħol relatat mal-proġett tal-wall cladding.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, spjega l-importanza ta' dan il-proġett fejn qal li t-tisbiħ tal-faċċata tal-Iskola Primarja Għajnsielem se jagħti dehra ġdida lill-istituzzjoni li hija ċentru importanti għall-komunità. Kompla li dan ix-xogħol mhux biss se jtejjeb id-dehra esterna tal-iskola iżda se jżid ukoll il-valur ambjentali tal-inħawi ta' madwarha.

Dan il-proġett huwa mfassal biex jirrifletti kemm il-ħtieġa li binjiet pubbliċi jiġu aġġornati estetikament kif ukoll l-importanza li jiġu ppreservati u mtejba ż-żoni pubbliċi.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Ministeru jinsab impenjat li jkompli jappoġġja proġetti simili li jtejbu mhux biss l-estetika imma wkoll il-kwalità tal-ħajja tal-komunitajiet tagħna u tal-ġenerazzjonijiet futuri permezz ta' tisbiħ ambjentali u spazji miftuħa li jitgawdew mir-residenti u mill-familji.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jiffinanzja proġett ta’ wall cladding għall-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jiffinanzja proġett ta’ wall cladding għall-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jiffinanzja proġett ta’ wall cladding għall-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar jiffinanzja proġett ta’ wall cladding għall-Iskola Primarja ta’ Għajnsielem
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow