Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Tasal fiċ-Ċina l-ewwel konsenja ta’ tonn bil-baħar minn Malta

pr241967
Date Icon 03/12/2024

Din il-ġimgħa waslet l-ewwel konsenja ta' tonn bil-baħar minn Malta lejn iċ-Ċina . Dan isegwi għadd ta' esportazzjonijiet ta' merkanzija bl-ajru iżgħar permezz tal-ftehim ta' esportazzjoni bilaterali li seħħ bejn il-Gvern ta' Malta u dak taċ-Ċina f'Novembru tal-2023. 

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said qalet li “Is-suċċess ta' dawn l-esportazzjonijiet lejn suq kbir ġdid hija xhieda tal-ħidma diliġenti taż-żewġ gvernijiet biex inkunu fost l-ewwel pajjizi fil-Mediterran li qed nidħlu fis-suq Ċiniż". Hi żiedet tgħid li “l-appoġġ tal-Gvern Malti biex jgħin lill-operaturi lokali jiddiversifikaw lejn swieq ġodda tal-esportazzjoni huwa riżultat ta' qbil bejn il-gvernijiet, li jinvolvi appoġġ tekniku u diplomatiku f'kull livell".

L-ewwel laqgħat bdew fl-2021 meta l-gvern irċieva talba minn operaturi lokali li kienu interessati li jesploraw swieq ġodda. Id-diskussjonijiet diplomatiċi li segwew, wittew it-triq għal ħidma teknika aktar avvanzata sabiex tassigura li l-prodott lokali ikun konformi ma' standards ta' sigurtà tal-ikel kif inhu mitlub mis-suq Ċiniż. Illum qed naraw il-frott ta' dan l-impenn lejn dan is-settur.

“Dawn l-esportazzjonijiet waslu f'mument importanti għall-operaturi lokali li kienu qed iħossu pressjonijiet tas-suq minn dipendenza kważi esklussiva fuq suq wieħed tal-esportazzjoni. Id-diversifikazzjoni tas-suq tiżgura li l-produtturi lokali jkunu jistgħu jkomplu jżommu negozju ta' esportazzjoni b'saħħtu filwaqt li tiżdied id-domanda għall-prodotti tagħna," qalet Alicia Bugeja Said. Hi rrimarkat li issa jmiss li bħala gvern naħdmu biex jibda jiġi esportat ankè t-tonn tas-sajjieda sabiex igawdu minn prezzijiet aħjar għall-prodotti tagħhom.

Is-segretarju parlamentari kkonkludiet li: “Huwa ta' sodisfazzjon kbir meta tara l-impenn tal-gvern iwassal għal dawn ir-riżultati pożittivi bil-għan li l-prodott lokali jibqa' mfittex fi swieq globali. Ħdimna qatigħ biex illum qed naraw li l-prodott tal-industrija se jkun qed jitwassal fi swieq globali."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow