Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imnedija edizzjoni oħra ta’ Gigantic, il-Villaġġ tal-Milied f’Ħal Kirkop b’aktar minn 65 esebitur

pr241939
Date Icon 28/11/2024

Matul tmiem din il-ġimgħa se jkun qed jittella' Villaġġ tal-Milied ġewwa Ħal Kirkop. Gigantic, it-tema magħżula għal dan il-villaġġ, se jittella' nhar is-Sibt, 30 ta' Diċembru bejn il-17:00 u l-22:00, u l-Ħadd, 1 ta' Diċembru bejn id-09:00 u l-17:00 ġewwa l-qalba ta' dan il-villaġġ, mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali. 

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli. Huma spjegaw li l-villaġġ se jkun jikkonsisti minn diversi attrazzjonijiet sabiex dawk kollha li jżuruh jidħlu fl-ispirtu tal-festi li jinsabu magħna.

Il-Ministru Bonnici qal, “Din l-inizjattiva hija pożittiva ferm għax tkompli tikkonferma kemm it-tradizzjonijiet u l-kultura tagħna huma sors ta' kburija nazzjonali. Il-villaġġ ser ikun opportunità unika biex kull min iżuru jgħix l-esperjenza tal-festi f'atmosfera awtentika u memorabbli. Din se tkun attrazzjoni mhux biss għall-Maltin u l-Għawdxin imma anke għat-turisti li jinsabu bħalissa f'pajjiżna biex jgħixu l-esperjenza ta' villaġġ tipiku Malti."

Min-naħa tagħha s-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li matul ix-xahar ta' Diċembru huma diversi l-Kunsilli Lokali li se jkunu qed jorganizzaw l-attrazzjonijiet tagħhom fil-lokalitajiet rispettivi. Qalet li b'kollox se jkunu 30 kunsill lokali li se jtellgħu inizjattivi permezz ta' fond speċjali għall-attivitajiet kulturali fl-ibliet u l-irħula Maltin u Għawdxin.

“Huwa ta' pjaċir li ninnota kif din is-sena għadd ġmielu ta' Kunsilli Lokali se jkunu qed joffru spettaklu u attrazzjonijiet b'xejn lill-familji Maltin u Għawdxin. Dan huwa mod ieħor kif b'mod indirett il-gvern qed jgħin fit-tkattir tat-tradizzjonijiet u l-kultura tal-Milied f'pajjiżna, fl-istess ħin li jkompli jeleva l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin," qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa. Hija appellat lill-pubbliku sabiex jikkonkorru għal dawn l-attivitajiet.

Intant, fost l-attrazzjonijiet li se jittellgħu fil-Villaġġ Gigantic f'Ħal Kirkop hemm siġra tal-Milied magħmula mill-kartun tal-ħalib, diversi bankarelli tal-ikel tradizzjonali u kif ukoll attrazzjoni speċjali li se tkun qed timla t-triqat ta' Ħal Kirkop bil-borra. F'dan il-villaġġ ma jonqsux ukoll l-attrazzjonijiet u l-attivitajiet għat-tfal.

Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku ta' Ħal Kirkop Matthew Agius Zammit u membri mill-kunsill lokali, flimkien ma' diversi għaqdiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imnedija edizzjoni oħra ta’ Gigantic, il-Villaġġ tal-Milied f’Ħal Kirkop b’aktar minn 65 esebitur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imnedija edizzjoni oħra ta’ Gigantic, il-Villaġġ tal-Milied f’Ħal Kirkop b’aktar minn 65 esebitur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Imnedija edizzjoni oħra ta’ Gigantic, il-Villaġġ tal-Milied f’Ħal Kirkop b’aktar minn 65 esebitur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow