Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA

PR241927
Date Icon 27/11/2024

Dr George-Marius Hyzler, Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jippreżenta r-Rapporti Annwali tal-Awditjar tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-Baġit tal-UE għall-2023 lill-Awditur Ġenerali, Charles Deguara

Illum, is-27 ta' Novembru 2024, Dr George-Marius Hyzler, Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ECA), għamel żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) fil-Furjana, akkumpanjat mid-delegazzjoni tiegħu, magħmula minn Romuald Kayibanda, Chef de Cabinet; Annette Farrugia, Attaché; Dr Nikola Soukmandjiev, Membru tal-Kabinett; u Jana Jirouskova, assistenta tal-Kabinett. Mal-wasla, ġew milqugħa mis-Sur Charles Deguara, Awditur Ġenerali.

Matul din iż-żjara, Dr Hyzler ippreżenta formalment lill-Awditur Ġenerali r-Rapporti Annwali tal-Awditjar tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-Baġit tal-UE għall-2023. Ir-rapporti jiddeskrivu, inter alia, is-sejbiet mill-awditi finanzjarji u ta' konformità tal-QEA tal-baġit tal-UE.

Wara din il-preżentazzjoni, saret diskussjoni kostruttiva bejn il-parteċipanti dwar kwistjonijiet ta' interess reċiproku, inklużi pjanijiet għal seminar konġunt ieħor tal-ECA/NAO li se jsir f'Malta fil-bidu tal-2025. Minbarra s-Sur Deguara, kienu preżenti wkoll l-Assistenti Awdituri Ġenerali tal-NAO, Tanya Mercieca u Keith Mercieca, flimkien ma' Dr Rebecca Vassallo, l-Uffiċjal ta' Koordinazzjoni għar-Relazzjonijiet Internazzjonali tan-NAO.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow