Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ħidma b’risq il-vittmi tal-kriminalità

PR241926
Date Icon 27/11/2024

Fl-aħħar snin, il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol wettaq ħidma ffukata b'mod partikolari dwar il-vittmi, inkluż il-vittmi ta' vjolenza domestika. Dan permezz kemm tat-twaqqif tal-Aġenzija għall-Vittmi ta' Kriminalità u anke t-twaqqif tal-Gender based and Domestic Violence Unit fil-Korp tal-Pulizija, u permezz tal-ewwel hub f'Santa Luċija.

Dan għen ukoll sabiex illum Malta għandha fost l-ogħla rati ta' vittmi fl-Unjoni Ewropea li marru jirrapportaw esperjenzi ta' vjolenza fiżika jew sesswali lill-awtoritajiet. Fil-fatt, skont stħarriġ li sar dwar vjolenza kontra l-ġeneru fl-Unjoni Ewropea, ir-rata ta' rappurtaġġ hija kważi d-doppju tal-medja Ewropea.

Dan intqal mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri meta indirizza l-konferenza annwali tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità li tkellem dwar l-istrateġija tal-Gvern biex issir enfasi akbar fuq il-vittmi tal-kriminalità u tal-vjolenza domestika u l-assistenza li tingħatalhom.

Il-Ministru Camilleri qal li wara l-ħolqien, tliet snin ilu, tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Vittmi tal-Kriminalità l-ħidma issa saret tiffoka aktar fuq il-politika ta' prevenzjoni u appoġġ u biex tonqos id-duplikazzjoni fl-għoti tas-servizzi lill-vittmi.

Ħabbar li flimkien mal-Victim Support Europe, u b'konsultazzjoni pubblika, bdiet tissawwar Strateġija ta' Appoġġ Nazzjonali favur il-vittmi biex is-servizzi ta' appoġġ lill-vittmi jkunu allinjati ma' dawk Ewropej.

Il-Ministru Camilleri elenka l-inizjattivi li ttieħdu b'risq il-vittmi tal-vjolenza domestika fosthom permezz tas-servizzi speċjalizzati li jingħataw mill-Gender Based and Domestic Violence Unit tal-pulizija mill-hub li twaqqaf f'Santa Luċija. L-istess se jsir fi ftit taż-żmien ieħor bil-ftuħ ta' hub ieħor fl-Imtarfa. Qal li mindu beda jopera l-hub ta' Santa Luċija, disa' xhur ilu, aktar minn 1,500 persuna ngħatawlhom għajnuna mill-pulizija u professjonisti.

Fid-diskors tiegħu l-Ministru Camilleri qal li l-passi li jmiss huma d-dħul, fil-ġimgħat li ġejjin, tal-panic alarms għal vittmi tal-vjolenza domestika u d-diskussjoni parlamentari, fil-jiem li ġejjin, dwar il-liġi tal-electronic tagging.

Il-Ministru Camilleri saħaq il-ħtieġa li kulħadd jagħraf li għandu jġorr ir-responsabbiltà biex jiżgura li l-vittmi jingħataw il-ħarsien, il-ħaqq u l-kompassjoni li jixirqilhom.

Fil-konferenza tkellmu wkoll, fost l-oħrajn, il-Kap Eżekuttiv tal-VSA Brian Farrugia u Antonio De Martin mill-Victim Support Europe.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ħidma b’risq il-vittmi tal-kriminalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ħidma b’risq il-vittmi tal-kriminalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ħidma b’risq il-vittmi tal-kriminalità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ħidma b’risq il-vittmi tal-kriminalità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow