Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Arti fil-Park: Wirja kollettiva unika dwar il-Park Nazzjonali tal-Inwadar

PR241919
Date Icon 26/11/2024

Għat-tielet sena konsekuttiva, 15-il artist lokali, fosthom uħud mill-aqwa ismijiet fix-xena artistika Maltija, qed jippreżentaw xogħol artistiku uniku fir-Rudy Buhler Art Gallery, fi Triq is-Salini, Marsaskala.

Il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli, Dr Steve Borg, chairperson tal-Bord tal-Governanza tal-Park tal-Inwadar u l-Kap Eżekuttiv ta' Project Green Joseph Cuschieri, żaru din il-wirja li tinsab miftuħa sal-Ħadd, 1 ta' Diċembru 2024.

“Il-wirja Arti fil-Park hija xhieda ta' kif l-arti tista' tgħaqqadna man-natura u tgħinna napprezzaw is-sbuħija tal-ambjent tagħna. Il-Park Nazzjonali tal-Inwadar huwa eżempju ċar ta' kif żoni għal żmien mitluqa jistgħu jiġu trasformati fi spazji ta' rikreazzjoni u ispirazzjoni għall-komunità kollha," sostniet il-Ministru Dalli.

Il-wirja t'arti kollettiva tinkludi 27 xogħol artistiku.

It-tema magħżula għal din is-sena, 'Il-Park u n-Nies', tgħaqqad l-arti mal-istorja tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar – żona li darba kienet mifnija bi skart mormi illegalment iżda li llum inbidlet f'post ta' ħajja, serħan, u attività fi spazju miftuħ. Ix-xogħlijiet jesprimu l-kreattività tal-artisti li b'mod uniku jirrappreżentaw l-armonija bejn in-nies u n-natura f'dan il-lok straordinarju.

Il-lista tal-artisti li qed jieħdu sehem tinkludi ismijiet prestiġjużi bħal Agius Alison, Ancilleri Frank, Bonnici Kurt, Borg Marika, Calleja Sarah, Camilleri Silvana, Fenech Josette, Fenech Portelli Joanne, Frendo Jean, Mercieca Audrey, Pavia Lawrence, Perini Ethelbert, Smith Andrew, Vella Anthony u Vella Tanya. Kull artist wassal interpretazzjoni artistika unika tas-sbuħija u l-istorja tal-Inwadar.

Il-wirja miftuħa kuljum bejn l-10:00 a.m. u s-1:00 p.m. u bejn il-5:00 p.m. u t-8:00 p.m. Id-dħul huwa b'xejn biex kulħadd igawdi l-arti u l-ispirazzjoni minn din il-wirja unika. Ix-xogħlijiet kollha huma għall-bejgħ, b'parti mid-dħul minn dan il-bejgħ tmur għal għaqda filantropika – inizjattiva li tgħin lura lill-komunità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Arti fil-Park: Wirja kollettiva unika dwar il-Park Nazzjonali tal-Inwadar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Arti fil-Park: Wirja kollettiva unika dwar il-Park Nazzjonali tal-Inwadar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Arti fil-Park: Wirja kollettiva unika dwar il-Park Nazzjonali tal-Inwadar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Arti fil-Park: Wirja kollettiva unika dwar il-Park Nazzjonali tal-Inwadar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow