Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Riċerka dwar in-nuqqas ta’ bilanċ fir-rappreżentanza femminili fil-kunsilli lokali

pr241907
Date Icon 23/11/2024

Riċerka xjentifika li qed issir bħalissa għandha tidentifika l-ostakoli li qegħdin iżommu lura l-parteċipazzjoni femminili fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu megħluba dawn id-diffikultajiet.

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli qalu li fl-elezzjonijiet lokali li saru aktar kmieni din is-sena, kważi 27 fil-mija biss tal-kandidati kienu nisa, waqt li ġew eletti 28 fil-mija tal-kunsilliera li huma nisa.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li hi kommessa li tkompli tara aktar rappreżentanza ġusta bejn is-sessi, anke fuq bażi ta’ gvern lokali. Dan ukoll bħala twettiq tal-miżura 971 tal-Manifest Elettorali.

Hija qalet, “Il-gvern se jkompli jsostni lill-kunsilli lokali u dan anke billi jipprovdi aktar għodda meħtieġa sabiex ikunu huma li jixprunaw il-bidla fis-soċjetà. Din ir-riċerka għaldaqstant għandha tingħaqad ma’ kullana ta’ attivitajiet oħra li qegħdin iħeġġu sabiex tiżdied aktar il-viżibilità tan-nisa fil-ħajja politika għaliex verament nemmnu fil-potenzjal tal-mara f’deċiżjonijiet importanti”.

Intant, Rebecca Buttigieg saħqet fuq l-importanza li jkun hemm il-perspettiva tal-mara fil-kunsilli waqt li osservat li bħalissa hemm sitt lokalitajiet li m’għandhom l-ebda rappreżentanza femminili.

Hija qalet li s-segretarjat parlamentari qiegħed jimplimenta l-proposta li saret mill-kumitat tekniku li għamel evalwazzjoni preliminari dwar il-kandidatura u r-riżultat tal-elezzjonijiet lokali li saru f’Ġunju li għadda.

L-istudju li għandu jkun lest sa Settembru li ġej ser jitmexxa mill-Professur Carmen Sammut. Hija qalet li l-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru li tħaddem għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2022 mhux neċessarjament jista’ jitħaddem fl-elezzjonijiet lokali. 

Il-Professur Sammut qalet li abbażi tar-riċerka, jistgħu jiġu identifikati metodi oħrajn biex ikun hemm bilanċ iktar xieraq fil-kunsilli lokali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Riċerka dwar in-nuqqas ta’ bilanċ fir-rappreżentanza femminili fil-kunsilli lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow