Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal

PR241888
Date Icon 20/11/2024

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon ħabbar it-tnedija ta' għodda informatika innovattiva magħrufa bħal VUĊI (Valuing and Understanding Children's Impact)li se tkun qed tgħin sabiex tinġabar iktar informazzjoni dwar l-impatt tal-parteċipazzjoni tat-tfal fejn jidħlu settur tat-tfal stess, tal-adulti u anke deċiżjonijiet dwar policies.

Dan it-toolkit joffri kuntest prattiku sabiex jevalwa u jsaħħaħ il-parteċipazzjoni tat-tfal, anke fuq livell internazzjonali. Flimkien ma' din it-tnedija, tħabbret ukoll il-Viżjoni Strateġika għat-Tfal (2024-2030) sabiex tissalvagwardja il-benesseri, id-drittijiet u l-parteċipazzjoni ta' kull tifel u tifla. Aktar minn hekk, din il-policy tagħti sapport lill-familji bi tfal u ssaħħaħ ukoll l-ambjent tat-tfal.

Dawn id-dettalji tħabbru waqt konferenza, propju fil-Jum lnternazzjonali tat-Tfal, u fil-preżenza tal-koordinatriċi tal-Kummisjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tat-Tfal, Marie-Cécile Rouillon li tkellmet dwar kif Malta għamlet passi kbar 'il quddiem f'dan is-settur. Faħħret speċjalment il-mod li bih nagħtu aktar awtonomija liż-żagħżagħ u hawn irreferiet għall-vot ta' 16, forma oħra ta' parteċipazzjoni ta' adoloxxenti fl-ogħla livell tal-pajjiż.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Michael Falzon irrikonoxxa l-isfidi marbuta ma' każijiet fejn it-tfal ma jkunux qed jingħataw l-aqwa trobbija u kura. ''Infakkar kif permezz ta' tibdil fil-liġi li wettaqna, tajna aktar saħħa lill-professjonisti sabiex jiddeċiedu dwar dak li huma l-aqwa alternattivi sabiex jikbru kemm jista' f'ambjent san u sigur," temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Iċċelebrat il-Jum Dinji tat-Tfal
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow