Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza t-Tieni Laqgħa Ministerjali dwar Azzjoni dwar il-Klima bbażata fuq il-Kultura waqt il-COP29

pr241864
Date Icon 16/11/2024

Malta tappella għall-Adozzjoni ta’ Deċiżjoni Konġunta fuq Kultura u Azzjoni Klimatika

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici appella għall-adozzjoni ta’ Deċiżjoni Konġunta fuq Kultura u Azzjoni Klimatika waqt il-konferenza COP29, pass kruċjali li jwassal għal rispons kulturali aktar strutturat matul l-edizzjonijiet li jmiss tal-COP.

Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2024, il-COP29, hija d-29 konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li din is-sena qed issir fl-Ażerbajġan. It-tieni Laqgħa Ministerjali ġabet flimkien grupp t’azzjoni internazzjonali magħruf bħala “Group of Friends of Culture-based Climate Action” li Malta hi stat fundatur tiegħu.

Il-Ministru Bonnici appella għal sostenn għat-talba għal Workshop Kulturali waqt COP29, li huwa meqjus bħala pass importanti biex tiġi stabbilita Deċiżjoni Konġunta fuq Kultura u Azzjoni Klimatika. Din l-inizjattiva hija kruċjali biex tibni pilastru kulturali għar-rispons klimatiku, li għandu jiġi kkonsolidat fl-adozzjoni ta’ COP31. 

Il-Ministru Bonnici qal li Malta temmen bis-sħiħ li dan huwa pass indispensabbli biex nassiguraw li l-kultura u l-arti jkunu ċentru tal-isforzi globali kontra t-tibdil fil-klima. Huwa saħaq li kull pajjiż għandu jingħata l-libertà li jaġixxi skont il-ħtiġijiet u r-riżorsi tiegħu, filwaqt li jikkollabora b’mod internazzjonali biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika. “One-size-fits-all approach ma jagħmel ebda ġid għax kull pajjiż għandu l-karatteristiċi uniċi tiegħu,” tenna l-Ministru Bonnici.

Il-Ministru enfasizza r-rwol uniku tal-kultura u l-arti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u spjega kif dawn għandhom il-qawwa li jispiraw lin-nies. Huwa semma wkoll kif artisti madwar id-dinja qed jużaw il-kreattività tagħhom biex iqajmu kuxjenza u jippromwovu bidliet sostenibbli.

Il-Ministru Bonnici fakkar li l-Ġnus Magħquda stess tgħid li ħafna siti storiċi, speċjalment dawk qrib il-kosta, jinsabu f’riskju ta’ dannu minħabba t-tibdil fil-klima. “It-tibdil fil-klima huwa responsabbiltà kollettiva u urġenti. Irridu nibnu futur aħjar għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri,” temm jgħid il-Ministru Bonnici.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza t-Tieni Laqgħa Ministerjali dwar Azzjoni dwar il-Klima bbażata fuq il-Kultura waqt il-COP29
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza t-Tieni Laqgħa Ministerjali dwar Azzjoni dwar il-Klima bbażata fuq il-Kultura waqt il-COP29
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jindirizza t-Tieni Laqgħa Ministerjali dwar Azzjoni dwar il-Klima bbażata fuq il-Kultura waqt il-COP29
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow