Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Pajjiz ta’ Kwalità: Investiment ieħor fis-servizzi tas-saħħa favur il-pazjenti Maltin u Għawdxin

PR241845
Date Icon 13/11/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Pajjiż ta' Kwalità, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar investiment ta' €14-il miljun biex jitkabbar is-servizz ta' outsourcing b'risq il-pazjent.

Il-Ministru Jo Etienne Abela  saħaq li din hi miżura oħra importanti li tħabbret fil-Budget 2025 hekk kif għas-sena d-dieħla ser ikun hemm żieda fil-budget assoċjat ma' outsourcing tas-servizzi tas-saħħa, fejn ġew allokati €14-il miljun.

“Permezz ta' dan l-investiment, apparti li ser niżguraw li nimmassimizzaw ir-riżorsi tagħna f'Mater Dei, fl-Isptar ta' Għawdex, f'San Vinċenz kif ukoll dalwaqt f'Ċensu Moran, qed naraw li jkomplu jiżdiedu n-numru ta' sessjonijiet fis-sigħat barra mill-ħinijiet normali f'dipartimenti varji u dan ser jiġi estiż ukoll għall-operazzjonijiet," spjega l-Ministru Abela.

Il-Ministru Abela kompla jispjega li permezz ta' dan l-investiment rekord ser jaraw ukoll li jsir outsourcing ta' servizzi għall-interventi ta' radjoloġija bħal CT scans, MRI scans, kif ukoll għall-interventi bħall-operazzjonijiet tal-ftuq, tal-għadam, fil-ġogi, fl-ispalla, fl-għajnejn, knee u hip replacements, fost oħrajn. Sostna li dan se jkun qed isir b'kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat.

“Dan l-investiment b'saħħtu jawgura tajjeb għall-ħidma kontinwa li l-Gvern qed jagħmel favur is-servizzi tas-saħħa f'pajjiżna. Dan l-investiment ikompli juri biċ-ċar kemm il-Gvern qiegħed verament jinvesti fin-nies," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Pajjiz ta’ Kwalità: Investiment ieħor fis-servizzi tas-saħħa favur il-pazjenti Maltin u Għawdxin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow