STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Jiftaħ ċiklu ieħor ta’ xogħol ta’ implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit
Iċ-ċiklu tax-xogħol għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-baġit mid-Direttorat għall-Implimentazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru beda wara l-pubblikazzjoni tal-baġit għall-2025, li elenka aktar minn 300 miżura. Huwa mistenni wkoll, li fil-jiem li ġejjin dawn in-numri jiżdiedu waqt taħdit mal-Ministeri filwaqt li nibdew nisiltu wkoll il-proġetti differenti li l-miżuri għadhom l-għan li jwettqu. Minkejja dan, minn dan il-proċess diġà wieħed jista' jara dak li l-baġit 2025 se joffri.
Barra minn hekk, bil-għan li nkomplu nsaħħu l-koerenza fil-politika għall-iżvilupp sostenibbli, permezz tal-kollaborazzjoni mal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija, u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, il-miżuri ġew kollha allinjati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tal-Ġnus Maqgħuda, proċess li ilu fis-seħħ mis-sena 2019. Fil-jiem li ġejjin il-Ministeri kollha ser ikunu mitluba jevalwaw kif dawn l-istess miżuri qed jikkontribwixxu b'mod konkret lejn il-kisba tal-SDGs sabiex b'hekk niżguraw li t-tliet pilastri ta' żvilupp sostenibbli – il-ħarsien ambjentali, ekonomija b'saħħitha u żvilupp soċjali – jingħataw prijorità fil-ħidma tal-Amministrazzjoni Pubblika.
Din is-sena rajna wkoll tisħiħ fil-miżuri soċjali li jammontaw għal 62% tal-Baġit. Barra minn hekk 20% tal-miżuri mħabbra din is-sena huma miżuri ambjentali filwaqt li 18% tal-miżuri jindirizzaw l-iżvilupp ekonomiku, hekk kif pajjiżna jkompli jimxi lejn tranżizzjoni ekoloġika u ekonomija newtrali fil-karbonju. Dan huwa rifless fit-tabella hawn taħt:

Il-politika fiskali tal-Gvern permezz tal-Baġit 2025 tefgħet enfasi fuq il-kwalità bl-għan li jtejjeb l-andament globali tal-pajjiż fis-setturi rispettivi. Issa x-xogħol tal-Amministrazzjoni Pubblika b'mod konkret huwa li minn issa sal-aħħar ta' Novembru jitfassal programm sħiħ għat-twettiq tagħhom bħala parti mill-akkontabilità u t-trasparenza tas-Servizz Pubbliku lejn iċ-ċittadin.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN