Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR 3,000 tifel u tifla jgawdu l-vaganzi mid-term bi proġetti ambjentali

pr241826
Date Icon 09/11/2024

Eluf ta’ tfal gawdew il-vaganzi tal-mid-term tagħhom fi spazji miftuħa, grazzi għall-attivitajiet organizzati f’jiem differenti minn entitajiet tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Project Green, WasteServ u Ambjent Malta organizzaw attivitajiet edukattivi biex it-tfal iqattgħu ħin ta’ divertiment waqt il-vaganzi ta’ Novembru. It-total ta’ tfal li attendew dawn l-attivitajiet bla ħlas laħaq madwar 3,000.

Il-Ġnien fuq il-Glażiż, l-ECOHive Academy u l-Buskett ħadu l-ħajja b’attivitajiet bħal krafts, potting, kant u mużika. Permezz ta’ taħlita ta’ stejjer fuq il-Blue Lady tal-Buskett, il-belliegħa u attivitajiet interessanti bħal glow-in-the-dark slime u logħob interattiv dwar l-ambjent, it-tfal mhux biss setgħu jqattgħu ħin ta’ kwalità mal-qraba jew mal-ħbieb tagħhom, imma skoprew spazji ġodda. Għal uħud minnhom, din kienet l-ewwel darba.

“Li norganizzaw attivitajiet li jagħtu l-ħajja lil dawn l-ispazji miftuħa qed iwassal biex aktar u aktar nies isiru jafu bil-proġetti li qed inwettqu u jibqgħu jgawduhom. Qegħdin nuru kif anke bi spazju miftuħ nistgħu ngħaqqdu flimkien l-elementi soċjali, edukattivi u kulturali. L-impenn tagħna jibqa’ wieħed: li rridu nattiraw aktar nies lejn il-parks,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR 3,000 tifel u tifla jgawdu l-vaganzi mid-term bi proġetti ambjentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR 3,000 tifel u tifla jgawdu l-vaganzi mid-term bi proġetti ambjentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR 3,000 tifel u tifla jgawdu l-vaganzi mid-term bi proġetti ambjentali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR 3,000 tifel u tifla jgawdu l-vaganzi mid-term bi proġetti ambjentali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow