Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr241801
Date Icon 04/11/2024

Skont ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019, dwar is-Sorveljanza tas-Suq u l-Konformità tal-Prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011, kif ukoll wara testijiet imwettqa minn laboratorju akkreditat, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li fih volum eċċessiv ta' likwidu li fih in-nikotina. Dan jista' jwassal għall-konsum aċċidentali ta' doża għolja ta' nikotina. In-nikotina hija tossika b'mod akut u tista' tipperikola s-sigurtà tal-utent notevolment, jekk il-prodott jiġi f'kuntatt mal-ġilda jew jiġi inġerit.

Barra minn hekk, it-tikkettar tal-prodott huwa qarrieqi, u ma fihx informazzjoni dwar il-kontenut ta' nikotina, il-konċentrazzjoni u l-ammont f'kull doża. Bħala konsegwenza, il-konsumaturi ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-użu sigur tal-prodott.

Deskrizzjoni tal-prodott:Sigarett Elettroniku
Ditta:AUPO 2000 Puffs
Volum:5 ml

pr241801.jpg

Il-konsumaturi huma mħeġġa jiċċekkjaw ir-regolarment fuq il-pjattaforma online 'Safety Gate' fil-link: (https://ec.europa.eu/safety-gate/), biex jiżguraw li prodott ma jkunx elenkat bħala prodott perikoluż.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefown – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

It-tipjip jagħmel ħsara lilek u lil ta' madwarek. Id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard (HPDP) Malta joffri sapport b'mod individwali b'xejn, sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Ċempel lit-Tobacco Qiutline fuq 80073333.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow