Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jingħataw il-warrant 25 inġinier ġdid

PR241778
Date Icon 31/10/2024

F'ċerimonja, 25 inġinier ġdid ingħataw il-warrant tagħhom mis-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, Omar Farrugia.

Fid-diskors tal-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia fakkar, “Filwaqt li qegħdin hawn illum biex niċċelebraw is-suċċessi tagħkom, irridu nifhmu l-importanza tal-rwol b'saħħtu tagħkom fis-soċjetà tagħna. Intom se tikkontribwixxu b'mod attiv fil-qasam tal-infrastruttura, fis-sostenibbiltà u fl-innovazzjoni – l-għodod ewlenin li bihom il-poplu Malti u Għawdxi jkun jista' jgawdi minn kwalità ta' ħajja aħjar."

Matul iċ-ċerimonja tfakkret il-memorja tal-Inġinier Robert Schembri, li tilef ħajtu traġikament aktar kmieni din is-sena.

Preżenti għall-għoti taċ-ċertifikati tal-warrant kien hemm ukoll is-Segretarju Permanenti Godwin Mifsud, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Inġiniera Dott. Noel Camilleri, flimkien mal-membri tal-Bord tal-Inġiniera u l-President tal-Kamra tal-Inġiniera, Inġinier Malcolm Zammit.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jingħataw il-warrant 25 inġinier ġdid
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jingħataw il-warrant 25 inġinier ġdid
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow