Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Pajjiż ta’ Kwalità: Il-pensjonanti kollha ser jirċievu żieda ta’ €8 fil-ġimgħa

pr241768
Date Icon 29/10/2024

Mis-sena d-dieħla aktar minn 100,000 pensjonant ser jirċievu żieda oħra ta' €8 fil-ġimgħa jew €416 fis-sena, li tinkludi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja. Din hija l-għaxar żieda li qed issir lill-pensjonanti.

Minn din iż-żieda ser jibbenefikaw aktar minn mitt elf pensjonant tal-irtirar, tal-invalidità u romol kif ukoll oħrajn intitolati għal pensjoni tal-età.

Tkellem dwar dan il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Pajjiż ta' Kwalità, fejn matulha spikkaw l-għexieren ta' miżuri soċjali mmirati lejn il-pensjonanti.

ll-Ministru Michael Falzon spjega li fuq medda t'għaxar snin, iż-żidiet konsekuttivi fil-pensjonijiet jammontaw għas-somma totali ta' mill-anqas €3,583, kważi €70 fil-ġimgħa.

Kien spjegat kif matul is-sena d-dieħla ser ikompli jonqos id-distakk fid-Dħul Pensjonabbli Massimu bejn persuni li twieldu qabel l-1962 u oħrajn li twieldu wara, liema distakk inħoloq b'riżultat tar-riforma li saret fl-2006.

Dan ser isir billi dawk li twieldu qabel l-1962 u li kieku għadhom jaħdmu s-salarju tagħhom jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli Massimu ta' €23,500, ser ikollhom aġġustament ieħor fil-pensjoni tagħhom. Minn din il-miżura mistennija li jibbenefikaw madwar 26,000 pensjonant.

Il-Ministru Michael Falzon tkellem dwar it-titjib fl-eżenzjonijiet mit-taxxa li japplikaw mill-età ta' 61 sena 'l quddiem għall-pensjonanti, dwar l-aġġustament għal ħelsien mit-taxxa għall-pensjonanti attivi u ż-żieda addizzjonali fil-pensjonijiet tar-romol.

“Dan kollu qed isir grazzi għall-ekonomija b'saħħitha, reżiljenti u sostenibbli. Qed nagħmlu dan b'għaqal u mingħajr ma ngħollu l-età tal-irtirar," saħaq il-Ministru Michael Falzon.

Hawnhekk kien spjegat li dawk il-persuni mwielda fl-1976, l-età ta' rtirar se tibqa' dik ta' 65 sena. Sal-lum kellhom bżonn 41 sena bolla biex jieħdu pensjoni sħiħa fl-età ta' 65 sena. Bil-bidla li seħħet issa se jkollhom bżonn 42 sena kontribuzzjonijiet biex jieħdu pensjoni sħiħa fl-età ta' 65 sena. Dan ifisser li jekk ikunu bdew jaħdmu minn tal-anqas ta' 23 sena se jkollhom biżżejjed bolol biex jieħdu pensjoni sħiħa fl-età ta' 65 sena.

Barra minn hekk, il-Gvern daħħal diversi krediti għall-bolol, bħal jekk wieħed jagħmel kors ta' edukazzjoni terzjarja ta' erba' snin fi grad ta' baċċellarat (degree), dan jiswa daqs sentejn bolol. Jekk persuna tieqaf taħdem biex tieħu ħsieb it-tfal tibbenefika wkoll minn krediti tal-bolol, anke jekk persuna tkun qiegħda jew waqfet mix-xogħol minħabba raġunijiet ta' saħħa.

Intant madwar 3,250 pensjonant tas-servizz ser jiżdiedu b'€200 oħra u jilħqu s-somma ta' €3,666. L-aġġustament japplika skont ir-regoli ġenerali tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali għal kull min għandu pensjoni tas-servizz.

Dan filwaqt li persuni li ma kellhomx bolol biżżejjed biex jikkwalifikaw għal pensjoni jirċievu bonus skont kemm kienu laħqu ħallsu bolol. Dan il-bonus beda jingħata fl-2015 u żdied bosta drabi sakemm din is-sena laħaq €500 għal min ħallas sa erba' snin bolol u €600 għal min ħallas minn ħames sa disa' snin bolol. Is-sena d-dieħla, persuni li ħallsu sa sena bolol ser jingħataw bonus ta' €550, filwaqt li persuni li ħallsu sa 9 snin bolol ser jingħataw bonus ta' €1,000.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Pajjiż ta’ Kwalità: Il-pensjonanti kollha ser jirċievu żieda ta’ €8 fil-ġimgħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow