Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U R-RIFORMA TAS-SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI

pr241764
Date Icon 28/10/2024

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni jirribatti kompletament l-akkuża infondata tal-Partit Nazzjonalista, li l-emendi ta' varji liġijiet dwar ir-rikavat mill-kriminalità dgħajfu l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna.

Mingħajr ma jidħol fil-mertu ta' ebda każ partikolari, anke b'rispett lejn l-ordni ta' projbizzjoni li għamlet il-Qorti fuq il-każ ċitat fl-istess stqarrija tal-Oppożizzjoni, il-Ministeru jrid jiċċara li wara l-emendi ta' varji liġijiet dwar ir-rikavat mill-kriminalità, l-istituzzjonijiet għandhom fakultà jiddikjaraw kemm huwa r-rikavat mill-kriminalità b'tali li jidħol fis-seħħ jew jinżamm fis-seħħ ordni ta' qbid u friżar. Dan il-proċess isir fil-qrati u finalment tkun il-Qorti li tiddeċiedi abbażi tal-provi preżentati.

Il-Ministeru jtenni li dawn l-emendi fil-liġijiet saru biex tintlaħaq aktar proporzjonalità fl-ordnijiet ta' Sekwestru, Iffriżar u Konfiska u dan skont kriterji stabbiliti fis-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li l-Qrati Maltin kienu ilhom jirreferu għalihom.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow