Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Pajjiż ta’ Kwalità – it-tema tal-Budget 2025

PR241762
Date Icon 27/10/2024

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li t-tema għall-Budget 2025 hija Pajjiż ta’ Kwalità, li tirrifletti l-ħidma li se jwettaq il-Gvern biex imexxi lil pajjiżna għal-livell li jmiss.

Għada fil-Parlament, il-Ministru għall-Finanzi se jippreżenta l-Budget għas-sena d-dieħla b’deċiżjonijiet favur il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin li mbagħad se jkomplu jiġu mħabbra matul il-ġimgħa kollha.

Kwalità fuq il-kwantità quddiem sfidi u prijoritajiet tan-nies fis-settur tax-xogħol, fil-mobbiltà fit-toroq tagħna, fis-saħħa mentali, fit-turiżmu u fl-iżvilupp. Oqsma li dwarhom il-Gvern se jħabbar u jibda jimplimenta pjan t’azzjoni bbażat fuq il-konsultazzjoni wiesgħa li saret fil-ġimgħat li għaddew.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-ekonomija li jmiss se tkun waħda bbażata fuq il-kwalità għax b’hekk se niggarantixxu li l-familji jgawdu l-aħjar f’pajjiż trankwill u sigur.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Pajjiż ta’ Kwalità – it-tema tal-Budget 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow