Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Aktar sostenn lill-atleti Għawdxin

PR241761
Date Icon 27/10/2024

Bejn l-1 u l-4 ta’ Novembru, 13-il membru tal-Gozo Motocross Association ser iżuru Sqallija b’rabta ma’ kamp ta’ taħriġ li l-istess assoċjazzjoni preparat, flimkien ma’ assoċjazzjonijiet simili Taljani.

Waqt żjara li l-Ministru Clint Camilleri għamel fit-trakka tal-Muturi li l-Assoċjazzjoni Għawdxija għandha fin-Nadur, qal li kollaborazzjonijiet bħal dawn huma importanti, mhux biss għall-atleti nfushom, li ser ikunu qed jitħarrġu f’ambjent aktar professjonali, imma wkoll mil-lat organizzattiv u dak turistiku. Dan għaliex permezz ta’ dawn it-tip ta’ żjarat, apparti li tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni ma’ Assoċjazzjonijiet oħra, tikber ukoll il-possibilità ta’ aktar kollaborazzjoni u skambji fil-futur.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar faħħar l-inizjattiva li l-Gozo Motocross Association ħadet biex torganizza din l-avventura f’art barranija. “Dawn l-atleti, li l-età tagħhom tvarja minn 5 sa 35 sena, għandhom potenzjal li jkomplu jimirħu f’din id-dixxiplina partikolari, u għaldaqstant il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar laqa’ t-talba tal-Assoċjazzjoni Għawdxija u qed itaffi xi ftit mill-ispejjeż marbuta ma’ dan il-kamp ta’ taħriġ,” sostna Camilleri.

Tul dawn l-erbat ijiem ta’ taħriġ, l-atleti ser iżuru u jitħarrġu f’ħames trakki tal-muturi li joffru sfidi u ambjenti diversi, fi spazju akbar flimkien ma’ atleti oħra.

Il-Gozo Motocross Association ibbenefikat ukoll minn għotja ta’ tructor, li wara li ġie restawrat, ser jintuża fit-trakka tal-mutur għall-benefiċċju tal-atleti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Aktar sostenn lill-atleti Għawdxin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Aktar sostenn lill-atleti Għawdxin
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR: Aktar sostenn lill-atleti Għawdxin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow