Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Nibdew naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda

pr241725
Date Icon 22/10/2024

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri żar żewġ kumpaniji lokali li jagħmlu parti mill-industrija tal-video game development, hekk kif matul din is-sena huma qegħdin jiċċelebraw l-għaxar snin anniversarju mit-twaqqif tagħhom. 

Anvil Games Studios hija bbażata fi Smart City fil-Kalkara, u għaxar snin ilu żewġ aħwa Maltin bdew bl-ewwel IP oriġinali tagħhom tal-logħba Holdfast b'investiment ta' €60,000 fejn sal-lum iġġeneraw madwar €11.5 miljun b'bejgħ. Sentejn ilu huma biegħu miljun kopja ta' din l-istess logħba, fejn imbagħad nedew logħba diġitali oħra bl-isem ta' Frontlines. Fost il-miri li għandhom għas-sena 2025, se jkunu qed jiżvilupaw IP ġdid b'investiment ta' €3 miljuni għat-tliet snin li ġejjin u l-ħruġ fis-suq internazzjonali ta' proġett maġġuri ieħor b'investiment ta' miljun Ewro bbażat fuq l-IP ta' Holdfast.

Żjara oħra li saret kienet dik f'Dorado Games Studio. Dorado Game Studio hija letteralment ħolma Maltija li saret realtà.  Huma bdew jaħdmu minn uffiċċju fl-Università ta' Malta, għaxar snin ilu, illum qegħdin joperaw din il-kumpanija minn San Ġiljan. Illum il-ġurnata għandhom 50 impjegat fuq bażi full time bil-maġġoranza tagħhom Maltin. Il-mira sal-2034 hija li dawn jiżdiedu għal aktar minn mitt impjegat. F'sena waħda biss huma kellhom mal-500 miljun login, minn 1.8 miljun utent kull xahar attiv minn madwar id-dinja.

Fid-dawl ta' dawn il-kisbiet, il-Ministru Schembri enfasizza kif is-suċċess kontinwu ta' Malta fis-setturi diġitali u ta' dan is-settur ġdid, jiġifieri tal-video game development, jallinja mat-tnedija riċenti tal-bidu ta' proċess biex titfassal Viżjoni Malta 2050 — inizjattiva trasformattiva li tfassal il-futur tal-pajjiż għall-25 sena li ġejjin. Din l-istrateġija se tkun tinkludi miri ewlenin li għandhom jintlaħqu matul l-għaxar snin li ġejjin. Se tkun viżjoni strateġika li tgħaqqad settur ma' ieħor u sservi bħala pjan għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali, filwaqt li tagħti prijorità lil setturi bħall-innovazzjoni diġitali, l-infrastruttura, l-enerġija, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, is-sostenibbiltà, u l-impjiegi — bl-għan ċentrali li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.

“Dan huwa s-suċċess tal-istrateġija tal-Gvern li nbdiet ftit ta' snin ilu, illum qegħdin naqtgħu l-frott f'niċeċ ekonomiċi ġodda. Qegħdin naraw nies Maltin li qed jimirħu u jikbru f'din l-industrija. Maltin li ftit ta' żmien ilu kellhom ħolma li llum hija realtà. Huwa ta' sodisfazzjon li nżur dawn il-kumpaniji u nara li maġġoranza tal-impjegati huma Maltin, għaliex dik hija t-triq li iridu nħarsu bħala Gvern, jobs ta' kwalità għaż-żgħażagħ tagħna, b'kundizzjonijiet u pagi tajbin. Kien dan il-Gvern ukoll li ħadem sabiex ikun hemm it-taħriġ u ftehim ma' kumpaniji bħal Unity sabiex studenti Maltin ikollhom ħiliet neċessarji f'din l-industrija li qed tevolvi," sostna l-Ministru Schembri.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Gaming Malta, Ivan Filetti stqarr li dawn il-kumpaniji lokali wara għaxar snin qegħdin jaraw storja ta' suċċess fl-industrija tal-video-gaming, esports u immersive-tech, sabiex jibqa' jkollna niċeċ ekonomiċi ġodda. Huwa fakkar ukoll li mill-Ħamis sal-Ħadd ġewwa l-MFCC, Ta' Qali se titella' għal sena oħra Playcon li llum ġiet bħala appuntament annwali fil-kalendarju ta' avvenimenti f'pajjiżna.

Fix-xahar dedikat għall-innovazzjoni, il-Ministru Schembri fakkar kif minn nhar il-Ħamis f'pajjiżna se jkun qed jitella' Playcon —  Expo speċjalizzata fuq l-industrija tal-video game development u l-esports. Taħt saqaf wieħed se nkunu qed naraw l-akbar innovazzjonijiet.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Nibdew naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Nibdew naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Nibdew naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Nibdew naqtgħu l-frott f’niċeċ ekonomiċi ġodda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow