Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Family Community School Link

PR241710
Date Icon 18/10/2024

Fl-Iskola Primarja ta' Bormla llum tnieda l-programm FamilyCommunitySchool Link (FCSL), programm li jorbot il-familja, il-komunità u l-iskola. Dan il-programm se jkun mezz importanti biex tkompli titrawwem kultura demokratika fl-iskejjel Maltin u Għawdxin permezz ta' approċċ aktar integrat u trażversali billi l-intervent fuq livell ta' skola qed jiġi estiż għall-familja, kif ukoll entitajiet li jifformaw parti mill-komunità. Il-programm qed jiġi implimentat f'erba' skejjel bħala proġett pilota.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni huwa impenjat fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Edukazzjoni 2024-2030 biex din tassew issarraf fi trasformazzjoni tal-edukazzjoni, proċess li fiċ-ċentru tiegħu dejjem qed ipoġġi lill-individwu. Il-programm li tnieda llum huwa xhieda ta' dan l-impenn li joħroġ mill-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni.

“Dan il-programm mhuwiex biss fundamentali għall-iżvilupp ħolistiku tal-istudent, imma wkoll għall-iskejjel bħala istituzzjoni, u għall-komunità. Id-demokrazija hija funzjoni tal-aspetti kollha tal-ħajja skolastika, inklużi t-tagħlim u l-involviment attiv tal-partijiet kollha. Studenti li jħossuhom parti mill-komunità tal-iskola, u jgawdu relazzjonijiet tajbin mal-familja u l-għalliema tagħhom, għandhom aktar ċans li jwettqu l-prospettivi tagħhom f'ambjent li jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-ħiliet u t-talenti tagħhom," spjega l-Ministru Clifton Grima.

Bħala bażi soda għal dan il-programm, il-Ministeru investa fit-tkabbir tad-Direttorat tal-Ippjanar u l-Prospettivi Strateġiċi, li fost inizjattivi oħra, qed jaħdem b'mod attiv u preventiv biex titnaqqas ir-rata ta' tluq bikri. Dan ifisser li l-istudenti kollha qed jingħataw l-opportunità li jkabbru l-ħiliet u l-prospettivi tagħhom permezz ta' edukazzjoni ta' kwalità.

Dan se jinkiseb permezz ta' interventi proattivi, appoġġ personalizzat, u trawwim ta' ambjent kollaborattiv li jipprijoritizza s-suċċess ta' kull student. Bil-programm FCSL, se tissaħħaħ il-konnessjoni bejn il-familji, l-iskejjel, u l-komunità. Dan se jkun żgurat permezz tal-FCSL Outreach Officers li ġew ingaġġati fl-erba' skejjel li fihom qed ikun implimentat il-programm permezz ta' proġett pilota: il-Kulleġġ San Ġorg Preca, Skola Primarja tal-Ħamrun; il-Kulleġġ Santa Tereża, Skola Primarja tal-Imsida; il-Kulleġġ Santa Margerita, Skola Primarja ta' Bormla u l-Kulleġġ Santa Klara, Skola Primarja ta' San Ġwann.

Il-Ministru Clifton Grima enfasizza li, “Bil-programm FCSL, il-Ministeru se jibni fuq l-impenn nazzjonali fl-edukazzjoni u oqsma oħra li jolqtu dirett lill-individwi fl-iskola, fosthom is-saħħa u l-benessri soċjali. Dan se jassigura aċċess u użu aħjar mis-servizzi li huma diġà offruti fl-iskejjel u fil-komunità u li issa, permezz tal-programm FCSL, se jintużaw b'mod aktar integrat."

Il-proġett pilota ġie msejjes fuq l-aspetti ewlenin tal-programm, li jinkludi s-sehem attiv tal-ġenituri fl-edukazzjoni ta' wliedhom, appoġġ għal aktar taħriġ lill-edukaturi bl-iżvilupp professjonali tagħhom, aċċess għal opportunitajiet ta' tagħlim fi ħdan il-komunità, kif ukoll l-organizzazzjoni ta' proġetti u avvenimenti konġunti li jinvolvu l-familji, l-istudenti u l-membri tal-komunità. B'hekk, il-programm FCSL jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni fl-edukazzjoni billi jrawwem rabtiet b'saħħithom bejn il-familji, l-iskejjel, u l-komunitajiet.

Is-Segretarju Permanenti Matthew Vella qal li l-programm, minbarra l-ħidma ma' adulti influwenti fil-ħajja tal-istudenti, għandu l-għan li jaħdem f'livelli usa' tal-komunità, billi jutilizza riżorsi komunitarji, jissieħeb ma' NGOs, u jikkollabora mas-servizzi pubbliċi inklużi s-setturi tas-Saħħa, s-Servizzi Soċjali u l-Finanzi sabiex jiġu żviluppati strateġiji multidixxiplinarji u pjanijiet olistiċi. Dan l-isforz kollettiv huwa mfassal biex jipprovdi servizzi aktar effiċjenti u bla xkiel permezz ta' koordinazzjoni u komunikazzjoni mtejba, bil-għan li jiġi massimizzat il-capacity building.

L-għan tal-programm FCSL huwa li verament isseħħ ġustizzja ma' student f'riskju ta' tluq bikri mill-iskejjel permezz ta' dawn l-interventi diretti mill-uffiċjali tal-FCSL, b'ħidma mal-komunità fl-iskola u lil hinn. Dan se jseħħ billi tinħoloq sistema madwar l-iskola li hi bbażata fuq l-appoġġ u jkompli jsir il-monitoraġġ kontinwu fir-rigward tal-indikaturi ta' riskji ta' tluq bikri mill-edukazzjoni, li fost oħrajn jikkunsidra r-rata tal-assenteiżmu, l-isfond soċjali, il-kisba akkademika, u l-isfidi personali tal-persuna bħad-diffikultà fit-tagħlim.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Family Community School Link
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Jitnieda l-programm Family Community School Link
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow