STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jagħmel referenza għall-informazzjoni ppreżentata fil-Parlament marbuta mal-qasam edukattiv.
It-tabella ta' hawn taħt tkopri l-gradi kollha tal-edukaturi u tinqasam b'dan il-mod; statistika ta' edukaturi ingaġġati u dawk li rriżenjaw:
| Gradi | Riżenji | Ingaġġati |
| Għalliema | 51 | 177 |
| Edukaturi għas-Sapport tat-Tagħlim (LSE) | 33 | 71 |
| Edukaturi tal-Kindergarten | 2 | 2 |
| Assistenti Kapijiet | 1 | 25 |
| Totali | 87 | 275 |
Wieħed jista' jinnota li f'kull każ, l-ingaġġ kien ferm aktar mir-riżenji li kien hemm. Fil-fatt, imqabbel mal-popolazzjoni tal-edukaturi, il-proporzjon affettwat kien ta' 1.1% bħala riżenji u ta' 3.7% bħala ingaġġ.
Il-ministeru jieħu ħsieb li jagħmel laqgħa ma' kull uffiċjal li jkun għadda r-riżenja u, fost oħrajn, tiġi diskussa r-raġuni għar-riżenja. F'numru ta' stanzi dawn il-ħaddiema jibqgħu fis-settur edukattiv u anki jibdew impjieg f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni ogħla fejn tinħass il-ħtieġa tagħhom minħabba l-ammont ikbar ta' studenti li qed jibqgħu fl-edukazzjoni wara li jtemmu l-iskola sekondarja. Dan f'kuntest li r-rata tal-early school leavers f'Malta kompliet tonqos.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN