Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Tibdil fil-loġistika tal-attività ‘Fuq il-Festa’ fid-dawl ta’ tbassir ta’ xita u riħ qawwi

PR241685
Date Icon 16/10/2024

Minħabba previżjonijiet ta' xita u riħ qawwi mbassra għal nhar il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta' Ottubru, ittieħdet id-deċiżjoni li l-attività 'Fuq il-Festa' li kellha ssir f'Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, ma ssirx u minflok jixxandar programm televiżiv speċjali fuq TVM iktar tard f'Novembru b'rabta ma' dan l-avveniment.

Minkejja dan, il-Quddiesa fil-Kon-Katidral ta' San Ġwann nhar is-Sibt 19 ta' Ottubru fil-17:30 ser issir kif ippjanat.

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jirringrazzja lil kull min kien se jieħu sehem f'din l-attività.

Il-programm speċjali ddedikat għal din l-attività se jixxandar fuq TVM nhar id-29 ta' Novembru 2024.

Kull min jixtieq jikseb kopja tal-Mazz Vari, li ġew imnedija fl-aħħar jiem jista' jibgħat email fuq form.culture@gov.mt jew jċempel lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali fuq 25584900.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow