Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-14-il edizzjoni tal-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun

PR241675
Date Icon 15/10/2024

Il-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun, li issa wasal fl-14-il edizzjoni tiegħu, huwa avveniment kulturali li jattira eluf ta’ nies kull sena. Il-festival mhux biss jiċċelebra ċ-ċikkulata iżda jenfasizza wkoll is-sinifikat kulturali tiegħu, l-impenn komunitarju, u l-promozzjoni taċ-ċikkulata lokali u internazzjonali.

Din is-sena, il-festival se jsir nhar is-Sibt, 19 ta’ Ottubru filgħaxija, fi Triq il-Kbira San Ġużepp u fit-toroq tal-madwar.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, qalet li sa mill-bidu tiegħu, il-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun evolva b’mod sinifikanti, bl-edizzjoni ta’ din is-sena għandha l-għan li ttejjeb l-esperjenza tal-viżitatur permezz ta’ attrazzjonijiet innovattivi u atmosfera akkoljenti.

“L-organizzaturi kkollaboraw man-negozji tal-lokal biex jiżguraw firxa kbira ta’ prodotti u esperjenzi relatati maċ-ċikkulata. Kull sena, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, l-organizzaturi ta’ din l-attività, jinvolvi lill-baned lokali u għaqdiet volontarji oħra biex jagħtuha togħma lokali. Il-laqta internazzjonali hija importanti ħafna għal dan il-festival, għalhekk din is-sena, mill-ġdid se jkollna ċikkulata li se toħodna fl-Italja, il-Belġu, l-Ingilterra, l-Brażil fost l-oħrajn,” qalet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Ħamrun Christian Sammut qal li wara s-suċċess kbir tas-sena l-oħra, bil-figura Maximus ta’ Russle Crowe, dan l-avveniment qed iwiegħed skulturi oħra meraviljużi taċ-ċikkulata li żgur se jkunu l-qofol tal-lejl. Żona dedikata għat-tfal tiżgura li l-festival kien u għadu avveniment tajjeb għall-familja kollha.

“Il-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun jirrappreżenta aktar minn sempliċi ċelebrazzjoni taċ-ċikkulata; huwa fenomenu kulturali li jrawwem l-impenn komunitarju, jippromwovi n-negozji lokali, l-organizzazzjonijiet volontarji filwaqt li jenfasizza s-sinifikat storiku tal-kawkaw f’Malta. Hekk kif il-festival ikompli jikber u jevolvi dan se jkun qed joffri taħlita unika ta’ indulġenza, kreattività, u edukazzjoni għal dawk li jħobbu ċ-ċikkulata,” temm jgħid is-Sindku Sammut. 

L-istorja tal-kawkaw tmur lura għal aktar minn 2,500 sena, li toriġina mal-Mayas u aktar tard adottata mill-Aztecs. F’Malta, rekords storiċi jindikaw li fi żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, iż-żerriegħa tal-kawkaw kienet maħżuna fiż-żona tas-Samra, u dan jenfasizza r-rabta bikrija tal-gżira ma’ dan l-ingredjent tant popolari.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-14-il edizzjoni tal-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-14-il edizzjoni tal-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI L-14-il edizzjoni tal-Festival taċ-Ċikkulata tal-Ħamrun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow