Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Riżultati u l-allokazzjoni tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta’ Malta – Ottubru 2024

PR241649
Date Icon 11/10/2024

Id-Dipartiment tat-Teżor iħabbar ir-riżultati tal-ħruġ tal-istock tal-Gvern ta' Malta ta' Ottubru 2024. It-Teżor irċieva s-somma nominali ta' madwar €620 miljun mill-investituri mhux professjonali u l-investituri wholesale flimkien, waqt li l-ammont tal-ħruġ kien ta' €270 miljun soġġett li s-somma tiżdied b'ammont addizzjonali sa massimu ta' €130 miljun.

Sottoskrizzjonijiet minn Investituri Mhux Professjonali (retail)

Sad-data tal-għeluq, fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, id-9 ta' Ottubru 2024, il-valur nominali tal-applikazzjonijiet kollha magħmula minn investituri mhux professjonali (retail) fiż-żewġ stocks kien ta'madwar €90 miljun. Dawn l-applikazzjonijiet magħmula taħt il-parti mhux kompetittiva tal-ħruġ, bi prezz fiss għal kull stock imħabbar qabel il-ftuħ tal-applikazzjonijiet, intlaqgħu kollha.

Id-dettalji tal-allokazzjoni f'kull stock se jiġu ppublikati permezz ta' Stqarrija għall-istampa ujittellgħu fuq is-sit elettroniku tat-Teżor immedjatament wara li l-applikazzjonijiet ikunu ċċertifikati konformi mat-termini tal-Prospett Ġenerali u ċ-Ċirkolari tal-Offerta.

It-Teżor ser jeżerċita d-dritt li jżid is-somma awtorizzata tal-ħruġ ta' €270 miljun b'konformità ma'Artikolu 9 taċ-Ċirkolari tal-Offerta ppublikata fis-27 ta' Settembru 2024.

Għaldaqstant, it-Teżor ser jalloka l-offerti mitfugħa fl-irkant kif jidher aktar 'l isfel:

Irkant Kompettitiv – Wholesale Investors

Sad-data tal-għeluq, f'nofsinhar tal-Gimgħa il-11 ta' Ottubru 2024, it-Teżor irċieva 76 offerta minn investituri wholesale fiż-żewġ stocks b'valur nominali flimkien ta' €530.5 miljun li ġew allokati kif ġej:

Offerti sottomessi fl-IrkantAllokazzjoni
Deskrizzjoni tal-istockNr.Ammont Nominali(€)Nr.Ammont Nominali(€)
2.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (III)29244,500,00012117,000,000

3.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (IV)

47286,000,00016192,500,000
Total76530,500,00028309,500,000

Aktar tagħrif u informazzjoni jinsabu fir-Riżultati tal-Ħruġ tal-istock li ġew ippubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor www.treasury.gov.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow