Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Irridu nkomplu nħarsu l-pożizzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni marittima ta’ reputazzjoni għolja – Ian Borg

pr241638
Date Icon 10/10/2024

Id-Deputat Prim Ministru jindirizza l-Malta Maritime Summit

“Il-pożizzjoni ta' Malta bħala ġurisdizzjoni marittima ta' reputazzjoni għolja hija waħda mill-assi sinifikanti tagħna li rridu nkomplu nħarsu. Din il-pożizzjoni tiddistingwixxina minn bnadar oħra."

Id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg qal dan meta kien qed jindirizza l-Malta Maritime Summit 2024, fil-Furjana, il-Ħamis. Filwaqt li enfasizza r-reputazzjoni ta' Malta f'dan is-settur, afferma li sfidi ġodda jippreżentaw opportunitajiet biex jiġi żgurat li b'mod kostanti dan is-settur jibqa' jżid il-kontribut ekonomiku tiegħu lill-pajjiż.

Bħala s-sitt l-akbar reġistru ta' bastimenti fid-dinja u l-akbar reġistru fl-Ewropa, Malta għandha rwol ewlieni fid-dinja marittima. Il-Ministru Borg spjega li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ qed ikompli jsaħħaħ din ir-reputazzjoni b'saħħitha billi jippromwovi l-valur tal-bandiera Maltija madwar id-dinja. Il-Ministeru jingħaqad ma' entitajiet oħrajn involuti f'dan is-settur biex flimkien ikomplu jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' konnessjonijiet marittimi ġodda lejn portijiet internazzjonali, filwaqt li jirrikonoxxu li l-konnettività marittima hija l-mod ewlieni li bih il-prodotti Maltin ikattru s-swieq internazzjonali tagħhom.

Id-Deputat Prim Ministru saħaq ukoll fuq xi wħud mill-isfidi esterni li qed jagħmluha aktar diffiċli għall-industrija li tiggarantixxi servizz affidabbli bi prezzijiet stabbli, inklużi s-sanzjonijiet li qegħdin dejjem jiżdiedu, u l-effetti ta' kunflitti globali. “Bejn Novembru u April, kien hemm aktar minn 50 attakk minn militanti Houthi b'reazzjoni għall-kunflitt f'Gaża, li qed iġiegħlu lill-bastimenti jieħdu rotta itwal madwar l-Afrika u għollew l-ispejjeż tal-merkanzija u l-ħinijiet tal-vjaġġi. Is-sena li għaddiet rat ukoll żieda fil-piraterija marittima", kompla jgħid, filwaqt li żied li “fost l-aktar tħassib sinifikanti ta' dawn l-attakki hemm is-sigurezza u l-ħarsien tal-baħħara."

Is-sanzjonijiet marittimi imposti kontra l-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna ukoll qed jikkawżaw kumplessitajiet operattivi bla preċedent. “Dawn is-sanzjonijiet kienu akkumpanjati miż-żieda ta' tankers hekk imsejħa 'shadow fleets', li ħafna drabi jkunu bastimenti antiki li joperaw barra r-regolamentazzjoni ambjentali internazzjonali u mingħajr assigurazzjoni xierqa, u li jikkompetu b'mod inġust kontra operaturi oħra u possibbilment ikunu involuti fi prattiċi qarrieqa u trasferimenti minn vapur għal vapur illegali, b'riskji serji ambjentali u ta' sikurezza f'rotot marittimi ewlenin, inkluż il-Baħar Mediterran."

Sabiex jindirizzaw is-sanzjonijiet u jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, il-Bord ta' Monitoraġġ tas-Sanzjonijiet, bħala l-Awtorità Kompetenti Nazzjonali, flimkien ma' partijiet interessati oħra bħal Transport Malta, qed jaħdmu mas-settur privat biex jissalvagwardjaw l-interessi leġittimi ta' Malta, filwaqt li jissodisfaw bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tagħha.

“Irridu li s-settur tat-tbaħħir jirnexxi, għax jipprovdi aktar impjiegi, u impjiegi aħjar, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kummerċ globali b'mod li jibqa' indispensabbli għall-futur," temm jgħid id-Deputat Prim Ministru Borg.

Għal aktar informazzjoni, żur affarijietbarranin.gov.mt jew segwi s-siti soċjali Affarijiet Barranin.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Irridu nkomplu nħarsu l-pożizzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni marittima ta’ reputazzjoni għolja – Ian Borg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Irridu nkomplu nħarsu l-pożizzjoni ta’ Malta bħala ġurisdizzjoni marittima ta’ reputazzjoni għolja – Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow