Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Fil-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali tiġi inawgurata binja ġdida għall-Employee Support Programme b’servizzi għall-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika

pr241632
Date Icon 10/10/2024

L-Employee Support Programme fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li joffri għajnuna lill-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika li jkunu jinsabu f'diffikultà, mil-lum bdiet taqdi l-funzjonijiet tagħha minn binja ġdida fi 3, Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta. Dan sar permezz ta' proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.

F'diskors tal-okkażjoni, il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana qal li “Is-saħħa tal-Amministrazzjoni Pubblika tinsab fil-kwalità tal-impjegati tagħha. Għalhekk is-saħħa tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku għandna nibqgħu nieħdu ħsiebha b'mod ħolistiku - kemm mil-lat finanzjarju u bħala kundizzjonijet kif ukoll mil-lat emottiv."

Hu tenna li fir-rigward ta' kundizzjonjijet finanzjarji, dawn qed ikunu indirizzati bi ftehimiet kollettivi li minnhom ingħalqu 23 mill-ewwel tas-sena lil hawn u li laqtu lil madwar 33,000 impjegat. Iżda wieħed ma jridx jinsa wkoll il-lat emottiv tal-impjegati tagħna u hawnhekk fejn jidħlu s-servizzi f'waqthom tal-Employee Support Programme.

“Is-saħħa mentali u emottiva ma nistgħux nitfgħuha f'kategorija inferjuri minn dik finanzjarja," qal il-Kap tas-Servizz Pubbliku.

F'sena waħda biss, l-ESP qed joffri medja ta' madwar 5,500 sessjoni, u solljev lil madwar 650 impjegat f'sena. Mit-twaqqif tiegħu, l-Employee Support Programme segwa 'l fuq minn 3,500 impjegat.

Dan il-proġett imniedi llum mhux biss se jiffoka fuq in-nies tas-Servizz Pubbliku imma wkoll se jkun qed jikkontribwixxi biex tiżdied in-newtralità tal-karbonju hekk kif il-binja tilħaq l-aħħar standards ambjentali.

Fl-inawgurazzjoni tal-binja tal-Employee Support Programme, apparti l-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana, indirizzaw lil dawk preżenti Joyce Cassar u Jonathan Vassallo, Segretarji Permanenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Fil-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali tiġi inawgurata binja ġdida għall-Employee Support Programme b’servizzi għall-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow