Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Dr Maris Camilleri maħtura Aġent Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti

pr241615
Date Icon 08/10/2024

Dr Maris Camilleri nħatret Aġent Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici.

Dr Camilleri preżentament hija Visiting Research Fellow fl-Università ta' Essex, l-Ingilterra, wara li ħadmet bħala Lecturer fid-Dipartiment tal-Lingwi u l-Lingwistika tal-istess Università, bħala lecturer tas-sintassi fi Queen Mary University, l-Ingilterra, u bħala casual lecturer fl-Istitut tal-lingwistika tal-Università ta' Malta.

Hija wettqet ħidma ta' riċerka fil-qasam lingwistiku fl-Ingilterra, l-Awstrija u Malta, u pprovdiet ukoll servizzi ta' konsulenza lingwistika liċ-Ċentru tal-Ilsien Malti mill-bidu ta' din is-sena.

Dr Camilleri għandha wkoll għadd ta' pubblikazzjonijiet f'ġurnali akkademiċi dwar l-Ilsien Malti.

Hija se tkun qiegħda tidħol fil-kariga ta' Aġent Kap Eżekuttiv, minflok is-Sinjura Norma Saliba, li irriżenjat mir-rwol tagħha ta' Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti. Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali se jkun qed jidħol f'konsultazzjonijiet mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.

Il-Ministeru jirringrazzja lis-Sinjura Saliba għall-ħidma tajba immens li wettqet mhux biss biex jitwaqqaf iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, iżda anke biex jitwettqu diversi proġetti u inizjattivi favur il-ħarsien u l-promozzjoni tal-lingwa Maltija, b'mod speċjali fost it-tfal, ix-xandara u l-amministrazzjoni pubblika.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Dr Maris Camilleri maħtura Aġent Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow