Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL U MILL-JOBSPLUS

pr241598
Date Icon 04/10/2024

Minn Lulju 2024, abbażi ta' evalwazzjoni li saret minn Jobsplus, ġie stabbilit li pajjiżna għandu biżżejjed ħaddiema tal-Y plates u food couriers. Għalhekk ġie deċiż li abbażi tar-reviżjoni estensiva tas-suq tax-xogħol, inklużi l-analiżi tar-reġistri tal-qgħad u l-postijiet battala ta' min iħaddem, ma jiġux aċċettati applikazzjonijiet ġodda għal permessi ta' xogħol f'dawn is-setturi, inklużi dawk ta' individwi li għadhom barra minn Malta u dawk li jixtiequ jbiddlu lil min iħaddimhom. 

Għalhekk, JobsPlus ma ħarġet l-ebda approvazzjoni ta' dan it-tip, li jfisser li ma żdied l-ebda ċittadin ta' pajjiż terz f'dawn is-setturi. Fil-fatt, mill-1 ta' Lulju sal-lum, naqsu b'587 l-ammont ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi impjegati fis-setturi msemmija. 

F'dan il-proċess, JobsPlus qed tagħmel kontinwament labour market test li jivverifika l-ħtieġa vera tas-suq tax-xogħol għal tali impjiegi. Hija l-fehma ta' Jobsplus, anke wara kunsiderazzjoni tat-terminazzjonijiet u n-numru ta' persuni preżentament ingaġġati f'dawn is-setturi, li Malta teħtieġ numru anqas ta' ħaddiema f'dawn is-setturi minn meta ttieħdet id-deċiżjoni f'Lulju. Għaldaqstant, mhux ser ikunu aċċettati numru ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi fl-istess numru li telqu, iżda anqas. 

Għalhekk, JobsPlus abbażi ta' dan il-monitoraġġ u assessjar tas-suq tax-xogħol ser tkun qiegħda:

•⁠  ⁠Tibqa' tirrifjuta applikazzjonijiet għal permessi ta' xogħol f'dawn is-setturi ta' persuni li għadhom barra minn Malta, li jfisser li l-ebda ċittadin ta' pajjiż terz mhu ser jiġi f'pajjiżna biex jaħdem f'dawn is-setturi;

•⁠  ⁠Ser tapprova numru limitat ta' permessi, b'mod gradwali, lill-ħaddiema li diġà għandhom xogħol full-time f'Malta u li applikaw biex ikollhom ukoll part-time f'dawn is-setturi u lill-ħaddiema li diġà huma impjegati f'Malta u applikaw biex jaħdmu f'dawn is-setturi. 

Jerġa' jkun iċċarat li għal dan l-għan mhux ser jiġu kkunsidrati persuni li bħalissa m'għandhomx permess ta' xogħol f'Malta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow