STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR L-Inġ. Abigail Cutajar appuntata bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority
L-Inġ. Abigail Cutajar ġiet appuntata bħala l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-Climate Action Authority (CAA), li se tkun qed tmexxi 'l quddiem l-azzjonijiet dwar il-klima u inizjattivi ta' sostenibbiltà.
Is-CAA, li se tibda tiffunzjona dalwaqt, se tikkoordina u tirregola l-azzjonijiet dwar il-klima biex tiżgura sforzi effettivi, ekonomikament effiċjenti u konsistenti, kemm fl-adattament kif ukoll fil-mitigazzjoni. L-awtorità se titmexxa minn bord tad-diretturi, filwaqt li kunsill xjentifiku, magħmul minn esperti f'għadd ta' oqsma, se jservi bħala korp konsultattiv għall-awtorità.
L-Inġ. Cutajar hija inġiniera bi 13-il sena esperjenza speċjalizzata fl-effiċjenza enerġetika, l-azzjoni klimatika, u l-iżvilupp sostenibbli. Hija ħadmet ukoll bħala konsulenta tal-Green Certification f'pajjiżna u barra minn Malta. L-Inġ. Cutajar hija l-ewwel professjonista f'pajjiżna li kisbet l-akkreditazzjoni LEED u kellha diversi pożizzjonijiet ta' tmexxija għolja, fosthom bħala Kap tas-Sostenibbiltà fi QP Management u Kap tal-Inġinerija f'ProEnergy Solutions, fejn uriet il-kapaċità tagħha li tmexxi proġetti trasformattivi ta' sostenibbiltà.
L-Inġ. Cutajar għandha Master of Science mill-Università ta' Malta u diversi ċertifikazzjonijiet, inklużi Associate of Science mill-U.S. Green Building Council u akkreditazzjoni mill-Economist Education fil-qasam tan-Negozju dwar it-Tibdil fil-Klima: Sostenibbiltà, Riskju, u l-Mira Net Zero.
Fis-snin riċenti, l-Inġ. Cutajar serviet bħala konsulent tekniku dwar l-enerġija u l-azzjoni klimatika fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN