Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Prezzijiet tal-MGSs b’rata ta’ mgħax fissa – Ħruġ Ottubru 2024

pr241584
Date Icon 03/10/2024

B'referenza għall-Istqarrija nru. 241531 ta' nhar il-Ġimgħa, s-27 ta' Settembru 2024, l-AccountantGeneraljavża li l-prezz għal kull Stock offrut għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej:

  1. 2.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (III) bi prezz ta' €100.00 (b'parità) b'YTMta' 2.7996%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal 2.8192%, u



    (ii)    3.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (IV) bi prezz ta' €100.00 (b'parità) b'YTMta' 3.2497%, li jġib rendiment ta' rata annwali ekwivalenti għal3.2761%.



    L-applikazzjonijiet jiftħu u jagħlqu fil-ħinijiet u d-dati kif jidher hawn taħt, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General:



    Applikazzjonijiet:

  1. mill-membri tal-pubbliku għall-ammont li ma jaqbiżx l-€499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks jiftħu nhar it-Tnejn, is-7 ta' Ottubru 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa d-9 ta' Ottubru 2024; u

  2. mill-investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, l-11 ta' Ottubru 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata. L-ammonti ta' kull stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġu mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.



    Il-formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, mill-Ġimgħa, l-4 ta' Ottubru 2024.



    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocks jinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta kif ukoll fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, www.treasury.gov.mt.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow