Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ħruġ ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Ottubru 2024

PR241531
Date Icon 27/09/2024

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn u sebgħin miljun ewro (€270,000,000) f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:

  1. 2.80% Stock tal-Gvern ta' Malta 2030 (III); u
  2. 3.25% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (IV).

    Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b'ammont sa massimu ta' €130,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

    Il-membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, 7 ta' Ottubru 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 9 ta' Ottubru 2024 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

    Applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa, 11 ta' Ottubru 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu  12.00 pm (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

    L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis, 3 ta' Ottubru 2024.  Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

    Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

    Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu depożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa, l-4 ta' Ottubru 2024.

    Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor minn nhar il-Ġimgħa, s-27 ta' Settembru 2024.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow