Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità b’kampanja edukattiva u aktar appoġġ fl-iskejjel tal-knisja

PR241520
Date Icon 26/09/2024

Ftehim bejn l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija se jfisser servizz aqwa lill-vittmi tal-kriminalità. Dan hekk kif mhux biss se jressaq viċin il-professjonisti fil-qasam sabiex ikunu jistgħu jikkonsultaw aktar lil xulxin faċilment u jużaw sistema ta' riferiment komuni, iżda ser ifisser ukoll aktar għarfien fl-iskejjel dwar is-servizzi tal-Aġenzija u dwar tipi differenti ta' kriminalità. 

Il-ftehim li ġie ffirmat fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u x-Xogħol, Byron Camilleri, mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità, Brian Farrugia, u mid-Direttur Ġenerali tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, Dr Ian Mifsud, ser jintroduċi sistema magħrufa bħala Post-Referral Coordination, li ser tagħti l-possibbiltà li jkun żviluppat pjan ta' kura, li jinkludi servizzi speċjalizzati li toffri l-Aġenzija, lil dawk li jersqu lejn is-servizz.

B'din il-kollaborazzjoni, l-Aġenzija se tkun qiegħda tagħti sapport lill-għalliema u ħaddiema fl-iskejjel tal-knisja, l-istudenti u l-familjari tagħhom li jispiċċaw vittma ta' xi reat kriminali. Apparti s-sapport, l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità se tibda kampanja edukattiva fl-iskejjel fejn permezz tal-professjonisti tagħha ser torganizza sessjonijiet ta' informazzjoni kontra t-tipi differenti ta' kriminalità li l-istudenti jistgħu jkunu suġġetti tagħha. Is-sessjonijiet ser joffru pariri lill-istudenti li ser iservuhom fil-ħajja tagħhom meta ffaċċjati b'realtajiet ġodda f'ħajjithom.

Il-Ministru Byron Camilleri fisser dan il-ftehim bħala servizz eqreb lejn is-soċjetà, li bih mhux biss ser jilħqu l-istudenti imma wkoll il-membri tal-familja tagħhom. Il-Ministru tenna li dan huwa l-istil ta' politika li qed jaddottaw, li apparti li jagħmlu s-servizz iktar aċċessibbli, is-servizz qegħdin jeħduh għand in-nies. Ikkonkluda li l-ħidma li qiegħda twettaq l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità qiegħda tagħmel differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-persuni u familji affettwati.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità, Brian Farrugia, qal li dan hu pass ieħor importanti fejn permezz ta' ħidma kollettiva bejn l-Aġenzija u l-iskejjel tal-knisja ser inkomplu nqajmu għarfien u noffru servizzi ta' sapport aktar kollettiv. Huwa qal li l-għan prinċipali ta' dan il-ftehim huwa li jiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn il-professjonisti psikosoċjali taż-żewġ entitajiet. Meta fost il-vittmi ta' kriminalità li jfittxu s-servizz tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità jkun hemm minuri li jattendu skola tal-knisja, it-tim psikosoċjali tal-Aġenzija jikkomunika mat-tim psikosoċjali ta' dik l-iskola partikolari u flimkien jiddeċiedu fuq pjan ta' sapport għall-minuri u l-familji tagħhom. Bl-istess mod l-iskejjel jistgħu jirreferu ġenituri u adulti oħrajn għas-servizzi offruti mill-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità. Permezz ta' dan il-ftehim kollaborattiv ir-riżorsi umani taż-żewġ entitajiet ser ikunu qed joffru l-aħjar sapport lill-istudenti u l-familji li jkunu sfaw vittmi ta' xi tip ta' kriminalità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità b’kampanja edukattiva u aktar appoġġ fl-iskejjel tal-knisja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità b’kampanja edukattiva u aktar appoġġ fl-iskejjel tal-knisja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow