Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jappella għal aktar għajnuna mill-UE lis-settur agrikolu

pr241501
Date Icon 24/09/2024

F'Kunsill ieħor tal-Ministri Ewropej responsabbli mill-oqsma tal-agrikoltura u s-sajd, fejn fih ġew diskussi numru ta' suġġetti kruċjali, il-Ministru Anton Refalo saħaq fuq l-importanza li jingħata aktar appoġġ immirat lill-bdiewa fl-istess ħin li jiġu promossi riżultati ambjentali u soċjali permezz ta' inċentivi finanzjarji.

Dwar it-tibdil fil-klima u l-impatt li qed tħalli fuq il-bdiewa, il-Ministru tenna li huwa essenzjali li jiġu implimentati miżuri ta' tħejjija robusti biex jipproteġu l-għajxien u jiżguraw ir-reżiljenza tas-settur.

“Nemmnu wkoll li għandha tiżdied l-għajnuna li tingħata lis-settur tal-majjal u t-tiġieġ, minħabba l-fatt li dawn ma jibbenifikawx mill-istess għajnuniet li jingħataw lil setturi oħra, u b'hekk nemmnu li dawn is-setturi għandhom ukoll jiġu mogħtija għajnuna speċifika li tindirizza l-ħtiġijiet partikolari tagħhom, sabiex jibqgħu kompetittivi" tenna l-Ministru Refalo. 

Il-Ministru saħaq dwar l-importanza li l-Istati Membri jkollhom l-għodod legali meħtieġa li jippermettu interventi ad hoc effettivi u effiċjenti, ikkumplimentati mill-għajnuna mill-Istat. Fil-fatt huwa appoġġja l-proposta tal-Ġermanja, li tgħid li għandu jkun hemm żieda fl-allokazzjoni tad-de minimis għal kull undertaking u li għandu jkun hemm żieda wkoll fl-allokazzjoni tal-ammont de minimis li jista' jingħata minn kull Stat.

Huwa kkonkluda li rridu nkunu sensittivi għall-sfidi li qed jiffaċċjaw kemm il-bdiewa kif ukoll l-amministrazzjonijiet, “u l-attenzjoni ewlenija tagħna għandha tkun li niżguraw il-kompetittività u s-sostenibbiltà fit-tul għas-settur tal-biedja permezz ta' PAK li tassew li jaħdem għall-aħjar riżultat fl-interess tagħna lkoll."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Ministru Anton Refalo jappella għal aktar għajnuna mill-UE lis-settur agrikolu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow