Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ b’suċċess il-Kunċert tal-Indipendenza f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta

pr241491
Date Icon 22/09/2024

Ittella’ b’suċċess il-Kunċert tal-Indipendenza s-Sibt 21 ta’ Settembru f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.

Dan il-kunċert ġie mtella’ fl-okkażjoni tas-sittin sena anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza ta’ Malta fl-1964, mument storiku mill-aktar importanti fil-ġrajja ta’ Malta.

Quddiem sala mimlija, u ppresedut mill-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono, ġie ppreżentat programm speċjali mill-Malta Philharmonic Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Michael Laus u l-parteċipazzjoni tal-mezzo sopran Marvic Monreal, b’xogħlijiet tal-kompożituri Ludwig Van Beethoven, Georges Bizet, Charles Camilleri, u Alexander Vella Gregory.

Il-kunċert kien miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas sabiex ukoll ikun aċċessibbli għall-familji kollha Maltin u Għawdxin. Barra minn hekk, il-kunċert ġie mxandar fuq l-istazzjoni nazzjonali fl-istess lejla.

Minbarra dan il-kunċert u ċ-ċerimonja uffiċċjali, din is-sena Jum l-Indipendenza ġie mfakkar ukoll permezz ta’ dokumentarju ġdid li ġie mxandar fuq l-istazzjon nazzjonali li ta’ ħarsa lejn il-ġrajjiet tal-kisba tal-Indipendenza ta’ pajjiżna, kif ukoll intwera l-filmat ta’ Jum l-Indipendenza fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali li kien parti minn kampanja edukattiva mtella’ minn Festivals Malta dwar il-festi nazzjonali.

Il-kunċert ġie mtella’ minn Festivals Malta għan-nom tal-Kumitat Festi Nazzjonali, bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u l-Ministeru għall-Wirt Nazzjoni, l-Arti u l-Gvern Lokali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ b’suċċess il-Kunċert tal-Indipendenza f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ b’suċċess il-Kunċert tal-Indipendenza f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jittella’ b’suċċess il-Kunċert tal-Indipendenza f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow