Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għall-Bijodiversità u l-Pjan ta’ Azzjoni sal-2030

PR241470
Date Icon 19/09/2024

Ġiet imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għall-Bijodiversità u l-Pjan ta' Azzjoni sal-2030 (NBSAP), li tistabbilixxi strateġija ċara biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ambjent.

Ibbażata fuq is-suċċess tal-pjan preċedenti (2012–2020), l-istrateġija tenfasizza progress importanti f'oqsma bħall-komunikazzjoni, il-protezzjoni tal-art u tal-baħar, l-iżvilupp ta' policies, u l-użu tal-fondi tal-UE għal proġetti ambjentali kbar.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, qalet li, “dan il-pjan huwa l-impenn tagħna biex nippreservaw il-wirt naturali ta' pajjiżna għall-ġenerazzjonijiet futuri. B'kooperazzjoni, nistgħu niżguraw pajjiż sostenibbli u b'bijodiversità b'saħħitha," u żiedet tgħid li l-kollaborazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà hija essenzjali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet ambizzjużi.

Il-pjan NBSAP 2030 jinkludi 22 mira u 79 azzjoni allinjati mal-għanijiet globali u tal-UE dwar il-bijodiversità, li jkopru r-restawr tal-ekosistemi, id-diversità ġenetika, il-bidla fil-klima, u l-agrikoltura sostenibbli.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) Kevin Mercieca qal, “Din l-istrateġija hija r-riżultat ta' xogħol siewi u għandha l-għan li tkompli fuq is-suċċess tal-istrateġija preċedenti. Il-ħidma issa trid tkompli b'kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra biex jiġi żgurat li jinkisbu riżultati pożittivi."

Aktar informazzjoni dwar l-NBSAP 2023 tista' tinkiseb mill-website tal-ERA.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Imnedija l-Istrateġija Nazzjonali għall-Bijodiversità u l-Pjan ta’ Azzjoni sal-2030
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow