AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m'għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta' Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons (MOAH).
Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons (MOAH) huma kimiċi ottenuti prinċiparjament minn distillazzjoni u raffinar ta' pitrolju. Jistgħu jidħlu fl-ikel permezz ta' ħafna modi: minn kontaminazzjoni fl-ambjent, użu ta' lubrikanti fil-makkinarju, waqt proċessar, minn addittivi u migrazzjoni minn materjal li jmiss mal-ikel. Preżenza ta' dawn il-kimiċi fl-ikel jista' jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem.
Sors: EFSA, 13 September 2023: Mineral oil hydrocarbons (https://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/mineral-oil-hydrocarbons)
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | 100% Pure Red Palm Oil |
| Ditta: | Nigerian Heritage |
| Data tad-Durabbiltà: | BB 21/08/2026 |
| Lott: | 2353 31 |
| Volum: | 500ml |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN